eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 14/2007
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
06/02/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AGIUS ALICE vs MAGRO BENEDICT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
AGIUS ALICE vs MAGRO BENEDICT - 14/2007 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), TRIBUNAL TAL-KONSUMATUR
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL; IT-TRIBUNAL MA DDECIDIEX SKOND IT-TALBA KIF IFFORMULATA
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti kkommissjonat lill-intimat sabiex jaghmilha xoghol ta' manutenzjoni fid-dar taghha u li ghalih hallset Lm980 liema xoghol ir-rikorrenti tghid li kellu hafna difetti u nuqqasijiet. L-intimat issottometta illi hu kien ghamel ix-xoghol kollu miftiehem kif titlob is-sengha.
It-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi nnota illi x-xoghol ma sarx skond is-sengha u l-arti u fih ammont konsiderevoli ta' nuqqasijiet. Ghaldaqstant it-Tribunal laqa' t-talba tar-rikorrenti u ordna lill-intimat ihallas Lm700 bl-ispejjez kontra l-istess intimat.
L-intimat appella minn din is-sentenza bl-aggravji infraskritti:-
(1) L-appellata naqset milli tiffirma l-Avviz minnha ipprezentat quddiem it-Tribunal u dan igib li l-istanza minnha promossa hi affetta minn nullita` procedurali;
(2) L-azzjoni hi preskritta billi ghaddew aktar minn sentejn mill-ezekuzzjoni tax-xoghlijiet;
(3) It-Tribunal naqas milli jiddeciedi skond it-talba kif ifformulata;
(4) It-Tribunal naqas millijaghtih l-opportunita` li jressaq l-osservazzjonijiet tieghu fir-rigward tar-rapport peritali.
L-ewwel motiv ta' aggravju qed jitqies ghal kollox insostenibbli in kwantu huwa sew evidenti illil-appellanti ma ssolleva l-ebda eccezzjoni tan-nullita` tal-procedura ghal dik ir-raguni quddiem it-Tribunal adit.
It-tieni motiv ta' aggravju hu wkoll infondat. L-ewwelnett, il-proposizzjoni generika tal-preskrizzjoni mill-parti mharrka ma tawtorizzax lil gudikant li hu stess joqghod jirricerka x-xorta ta' preskrizzjoni applikabbli in kwantu l-oneru jaggrava dejjem fuq il-parti interessata u mhux fuq il-gudikant. Dan hu sew indott mill-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2111 tal-KodiciCivili li jipprovdi illi l-Qorti ma tistax ex officio taghti effett ghall-preskrizzjoni jekk din matigix eccepita mill-parti interessata. L-obbligu li l-parti tindika b' mod specifiku u sufficjentement car xi wahda mill-ipotesijiet tal-preskrizzjoni mil-ligi prevvisti hi haga inkombenti fuqu biss.Dan, multo magis, imbaghad, fejn il-Kodici Civili taghna jahseb ghal preskrizzjoni ta' sentejn f'diversi disposizzjonijiet jew incizi varji. Una volta, allura, li fil-kaz prezenti ma tirrizulta ebda deduzzjoni specifika f' dan is-sens mir-rikors ta' l-appell, l-eccezzjoni nnifisha tal-preskrizzjoni ma tistax hlief tigi dikjarata inammissibbli. Il-preskrizzjoni tas-sentejn imqanqla lanqas ma hiapplikabbli ghall-fattispeci. Hawnhekk si tratta minn kuntratt ta' appalt jew locatio operis, u kif konkordament ritenut f' gurisprudenza kopjuza, fil-kaz ta' addebitu mill-kommittent lill-appaltatur li x-xoghlijiet ma sarux skond l-arti u s-sengha, tali jikkostitwixxi addebitu ta' natura kontrattwali u ma fihx karattru delittwuz jew kolpuz, u, ghalhekk, il-preskrizzjoni applikabbli kontra l-azzjoni hi dik ta' hames snin.
Permezz tat-tielet motiv ta' aggravju, l-appellanti jobbjetta illi t-Tribunal ma qaghadx fil-parametri tat-talba sottomessa lilu mill-appellata u ghadda biex ipprovda rimedju xort' ohra minn dak mitlub minn din. Huwa pacifiku illi f' tema ta' inadempiment ta' kuntratt, kompriz allura wiehed ta' appalt jew locatio operis, il-ligi tipprovdi lill-kommittent, qua kreditur ta' l-obbligazzjoni, rimedji varji. Hekk skond il-principji generali huwa ghandu l-jedd ghad-danni. Ukoll bla hsara ghal dawn l-istess danni, huwa jista' jitlob li tigi mnehhija kull haga litkun saret bi ksur ta' l-obbligazzjoni, u jista' jigi moghti s-setgha li jnehhiha hu stess bi spejjez tad-debitur (Artikolu 1129, Kodici Civili). Dan naturalment ghal kaz li jkun stabbilit u verifikat illi dik l-obbligazzjoni ma tkunx sew ezegwita. In partikolari, ghal kaz in ispecje fejn ikun determinat li l-appalt ma giex kondott skond ir-regoli ta' l-arti u tas-sengha u x-xoghlijiet ikunu jirrizultaw difettuzi. Jikkonsegwi ghalhekk mid-dizzjoni tal-precitat artikolu tal-Kodici Civili illil-kommittent li jilmenta minn vizzji fix-xoghlijiet appaltati jista' jiltob jew li dawn jigu eliminati a spejjez ta' l-appaltatur jew li, alternattivament li jigi rizarcit id-danni derivanti minn dawkl-istess vizzji. Jitnissel b' konsegwenza minn dan kollu espost illi t-Tribunal ma setax fil-kaz prezenti jordna mill-appellanti r-rizarciment f' forma monetarja ghax dwarha kienet tonqos il-causa petendi. Hu kellu invece jikkundanna lill-appellanti biex fi zmien li jigi prefiss lilu jezegwixxi x-xoghlijiet rimedjali okkorrenti ghall-eliminazzjoni tad-difetti kkonstatati mill-perit gudizzjarju fil-perizja, u fin-nuqqas, li l-appellata tipprovdi hi stess direttament ghall-eliminazzjoni taghhoma spejjez ta' l-appellanti.
Fil-kaz tar-raba' motiv ta' aggravji din il-Qorti tinnota illi,kuntrarjament, ghal dak pretiz mill-appellanti, l-atti processwali ma jissufragawx it-tezi tieghu illi d-decizjoni ttiehdet kontra d-dettami tal-gustizzja naturali u li l-azzjoni ppregudikat b' mod gravi l-jeddijiet tieghu. L-appellanti ma talabx li jikkonfuta l-opinjoni ta' l-espert tekniku nominat u din it-talba giet negata lilu. L-aggravju tieghu in mertu qieghed konsegwentement jigi respint.
Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-ewwel, it-tieni u r-raba' kapi ta' aggravji. Tilqa' t-tielet aggravju b' dan li qed timmodifika s-sentenza appellata billi tikkundanna lill-appellanti jaghmel fi zmien improrogabbli ta' xahar u a spejjez tieghu x-xoghlijiet rimedjali ghall-eliminazzjoni tad-difetti riskontrati. Fin-nuqqas li l-appellanti jaghmel dan fiz-zmien lilu preskritt, l-appellata hi awtorizzata taghmel l-istess xoghlijiet a spejjez ta' l-appellanti. F' kull kaz, ix-xoghlijiet jew l-ispejjez iridu jkun approvati mill-espert tekniku li gie nominat minn din il-Qorti ghal dan l-iskop. Il-hlas ta' l-onorarju ta' dan l-istess espert jibqa' a karigu ta' l-appellanti. L-ispejjez gudizzjarji relattivi ta' din l-istanza jitbatew kwantu ghal ¾ mill-appellanti u¼ mill-appellata. Dawk ta' l-ewwel istanza jibqghu kif decizi.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta