Reference: 1718/1996/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
ELMO INSURANCE SERVICES ET vs MICALLEF JOSEPH PC 537 ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN - DANNI, RESPONSABILITA` TA` IMPJEGAT TAL-GVERN - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ VEIKOLI TA` CERTU KOBOR - KOLLIZJONI, FORZA MAGGURI - KOLLIZJONI, RESPONSABILITA` GHALL-MANUTENSJONI TA` VETTURA
Summary
L-eccezzjoni tal-forza magguri ovvjament tisposta l-oneru tal-prova kompletament fuq min jallegaha.Hija eccezzjoni li, jekk provata fit-termini tal-ligi, kienet tezonera lil min jallegaha minn kull responsabilita'.

Din id-difiza tista` tirnexxi biss kemm-il darba fil-kawza ta' l-akkadut ikungie eskluz bl-aktar mod kategoriku l-intervent uman. Konsegwetement jekk precedentement ghall-incident ikun hemm xi nuqqas tas-sewwieq, jew ta' terza persuna responsabbli ghall-vettura minn dan misjuqa, din id-difiza ma jkollha l-ebda sahha.

Il-kuncett tal-kaz fortuwitu jew forza magguri majsehhx meta ghall-hsara ikun ikkontribwixxa l-fatt pozittiv jew negattiv tal-bniedem. Skond il-principju tad-dritt biex ikun hemm il-kaz fortuwitu mhux bizzejjed li jkun hemm avveniment insolitu, sproporzjonat, u li jkun prodott mill-forzi tan-natura imma jehtieg li jkun inevitabbli, b'mod li ma jistax jigi evitat bid-diligenza ordinarja tal-bonus pater familias.

Ghalhekk min jallega l-kaz fortuwitu jrid jipprova li (a) il-fatt li sehh il-kaz fortuwitu, u (b) illi dak il-kaz fortuwituma kienx gie precedut minn xi att delittwuz jew kwazi delittwuz tieghu.

Min ikun qed isuq vettura ta` certu kobor bhal Fire-Engine ghandu jezercita' prudenza massima fis-sewqan b'mod li jassigura li f'kull hin ikun f'pozizzjoni li jikkontrollaha, anke jekk rinfaccjat b'cirkostanzi ta' emergenza subitaneja. Mhux biss il-kobor imma wkoll it-toqol tal-vettura kienu elementi li jimponu kawtelaakbar fuq is-sewwieq, specjalment fir-rigward tal-velocita' ts-sewqan proprju ghaliex kien aktar facli li wiehed jitlef il-kontroll taghha.

Persuna li tkun responsabbli ghall-manutensjoni ta` vettura tkun responsabbli ghad-danni konsegwenti ghal incident stradali kemm-il darba nuqqas fil-qadi ta` dmirijietha jkun kawza prossima u immedjata tal-incident.

Is-sistema nostran indubbjament jirresponsablizza lill-impjegat fl-amministrazzjoni pubblika u jassoggettah personalment ghar-responsablita' personali u konsegwenzjali ghall-agir tieghu fil-qadi tad-doveri tieghu. Dan ma jfissirx illi l-Istat ma jistax ukoll, f'cirkostanzi kongruwi, jkun ukoll responsabbli wahdu jew flimkienma' l-impjegat tieghu ghal tali danni. Dan propju bhala konsegwenza ta' mal amministrazzjoni provata jew inadegwatezza amministrattiva li tkun tammonta ghal traskuragni, negligenza jew inosservanzata' dawk in-normi li l-amministrazzjoni xierqa ta' hwejjeg pubblici kienet tissuggerixxi u li n-nuqqas ta' tharis taghhom seta' jkun il-kawza ta' dannu lic-cittadin. Ir-responsablita' amministrattiva f'Malta, ghalkemm tifforma parti mid-dritt pubbliku, hija wkoll regolata minn dawk il-provvedimenti fid-dritt privat u cioe' fid-dritt ordinarju li kienu applikabbli ghac-cittadin privat sakemm il-ligi ma kienetx specifikatament tezenta lill-amministrazzjoni pubblika minn tali responsabilita'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info