Reference: 1524/1994/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
MICALLEF CARMELO ET vs PISANI JOHN NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, META D-DANNEGGJAT ISIB XOGHOL AHJAR MILLI KELLU QABEL L-INCIDENT MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-IMPJEGAT - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM LI JIPPROVDI SUPERVIZJONI
Summary
Filwaqt li hu minnu illi min ihaddem ghandu l-obbligu li jipprovdi a safe system of work, ghandu d-dover illi jassigura li x-xoghol ikun qieghed isir taht is-supervizjoni ta' persuni kompetenti u ghandu wkoll id-dover illi jipprovdi protezzjoni adegwata f'dak li hu lbies u attrezzi ohra, dan ma jfissirx illi min jahdem ma ghandux hu wkoll l-obbligu illi jahdem b'diligenza u b'attenzjoni b'mod lima jipprovokax hu stess incidenti illi bi ftit attenzjoni u galbu setghu jigu evitati.

Il-haddiem allura mhux intitolat li jiehu riskji bla bzonn fl-ezekuzzjoni tax-xoghol fdat f'idejh. Fil-waqt li hu veru illi hemm cirkostanzi fejn it-tehid ta' tali riskju jista' jigi spjegat u gustifikatminhabba n-natura tax-xoghol ripetittiv jew minhabba apprezzament zbaljat ta' x'kellu jsir fil-mument, hemm imbaghad cirkostanzi ohra fejn it-tehid ta' tali riskju ma jkun bl-ebda mod gustifikat ghaxikun jammonta ghal negligenza u traskuragni fuq il-lant tax-xoghol. Kulhadd allura kien mistenni illi dak li jaghmel jezercita l-kura ragjonevoli ta' bonus pater familias.

Min ihaddem ghandu jassigura a safe system of work anke kontra d-dizattenzjoni jew in-negligenza ta' l-impjegati.

Id-debilita' permanenti hija fattur oggettiv li kellha jigi tradotta f'danni reali li jimpedixxu lill-vittma milli tespleta l-istess funzjonijiet u attivitajiet lavorattivi li kienu possibbli ghalihali tespleta qabel l-incident u dan indipendentement mill-fatt illi d-danneggjat seta` sab xoghol b`remunerazzjoni oghla wara l-incident.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info