Reference: 389/2005

Judgement Details


Date
21/01/2008
Court
OF MAGISTRATES (CIVIL)
Judiciary
SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR
Parties
BUGEJA ALFRED ET vs COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU; FTEHIM F
Summary
Il-partijiet kienu dahlu f'konvenju fejn is-socjeta konvenuta kienet obbligat ruhha li tbiegh u titrasferixxi lill-atturi appartament fil-kumpless maghruf bl-isem ‘St. Angelo' flimkien ma garage spaceu dan fi stat komplut fi kliem il-konvenju “in a complete state” versu numru ta' kundizzjonijiet hemm imsemmija.

Ir-raguni ghaliex l-atturi qed jitolbu refuzjoni tal-flus li hallsu lis-socjetakonvenuta kienet li l-post in vendita ma kienx lest. L-attur qal illi l-appartament li kien obbligaruhu li jixtri ma kienx lest meta gie nterpellat mis-socjeta konvenuta sabiex jersaq ghall-kuntrattu kien ghad fadal diversi affarijiet x'jsiru kemm fih kif ukoll fil-garage space in kwistjoni. Is-socjeta konvenuta ma cahditx dan. Pero l-istess socjeta ziedet tghid li waqt li l-konvenut kien fuqkonvenju, l-konvenut kien talab li jghamel xi xogholijiet fl-appartament li kien ser jixtri u li kien ghalhekk li s-socjeta konvenuta ma kienitx lestiet mix-xoghol li kellha taghmel hi.

L-atturi kienu gew interpellati sabiex jersqu ghall-kuntratt finali qabel iz-zmien u fin-nuqqas kienu serjigu kunsidrati li “they were in breach of the preliminary agreement and failure to sign the final deed the company will consider the preliminary agreement null and void”. Ghalhekk l-atturi kellhom jersqu sabiex ighamlu l-kuntratt finali u jhallsu s-somma lis-socjeta konvenuta bhala nteressi fl-ammont ta' LM2080.

L-Ewwel Qorti kkonkludiet li l-atturi ma kienux obbligati li jersqu ghall-iffirmar tal-kuntratt finali kif effettivament ghamlu u dan ghaliex l-appartament u l-garage space in vendita ma kienux lesti u s-socjeta konvenuta naqset li tipprovdi l-completion certificate kif kienetobbligata li tghamel skond il-konvenju u naqset li tipprovdi l-istess fuq il-kuntratt tal-biegh. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tilqa' t-talbiet atturi u tikkundanna lis-socjeta konvenuta thallas lill-istess atturi s-somma ta' LM2,080 bl-imghax skond il-ligi.

Minn din is-socjeta` konvenuta appellat biex titlob ir-revoka taghha. Il-gravami taghha qeghdin fil-fatt illi l-ewwel Qorti naqset litibbaza d-decizjoni taghha fuq fatti provati, injorat is-sottomissjoni illi l-atturi kellhom rimedjiohra biex jipprotegu d-drittijiet taghhom, u d-decizjoni profferita ma kienet tikkontjeni ebda riferenza ghal-ligi jew principju legali ghas-sostenn tal-konkluzjoni tar-rifuzjoni tas-somma lilha mhallsa bhala interessi.

Skond id-dottrina u l-gurisprudenza prevalenti, l-azzjoni restitutorja li tiskaturixxi minn din in-norma hi personali bejn dak li hallas (is-solvens) u dak li rceva (l-accipiens). Jinkombi fuq l-attur l-oneru li jipprova mhux biss il-fatt tal-pagament, imma wkoll in-nuqqas tal-causa debendi, ossija li dak il-hlas ma kienx dovut. Ghar-ripetizzjoni hu sufficjenti l-accertament ta' l-assenza ta' gustifikazzjoni ghal hlas maghmul.

Fil-fehma ta din il-Qorti, il-provi manifestament juru illi dik l-insistenza tas-socjeta` appellanti ghal hlas ta' dawk l-interessima kienx hemm lokha gjaladarba x-xogholijiet kollha fit-termini tal-konvenju ma kienux ghadhom realment mitmuma.

Fl-ezekuzzjoni ta' ftehim, sija jekk si tratta minn kuntratt jew minn konvenju, hu mistenni dejjem li l-kontraenti jgibu ruhhom bil-bwona fede. F'sens oggettiv dan jimporta li l-partijiet jadottaw imgieba li tirrispetta l-osservanza ta' l-obbligazzjonijiet assunti u mhux xi kondotta leziva jew pregudizzjevoli ghal kontroparti. Kif taraha din il-Qorti, fil-kaz in ezami, il-kondotta tas-socjeta` konvenuta, tramite r-rapprezentanti taghha, ttraduciet ruhha f'att li, fic-cirkustanzi pervenuti u maghrufa, tista' tigi kwalifikata bhala leziva tal-liberta ta' awto-determinazzjoni mill-atturi. Dan minghajr motiv gust tal-mezz adoperat bl-imposizzjoni ta' interessi meta la l-konvenju u lanqas is-sitwazzjoni ma kienu jitolbu li dan isir.

Din il-Qorti tara, bhall-ewwel Qorti qabilha, illi id-domanda attrici, bl-appogg tal-provi, tidher gustifikata u, allura, ghandujsir mis-socjeta` appellanti ir-riversament tal-hlas ta' l-interessi korrisposti indebitament. Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' dinl-istanza kontra s-socjeta` konvenuta appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info