Reference: 14/2007

Judgement Details


Date
17/01/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
LOFARO ABIGAIL
Parties
PORTELLI JOSEPH vs PULUZIJA (SPETTUR M. MALLIA)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 5 U ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI GHALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 34 U ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA
Summary
Ir-rikorrenti kien gie akkuzat quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti Istruttorja b'serq ta' diversi xogholijiet ta' l-arti u oggetti ohra li l-valur taghhom jeccedi s-somma ta' elf liraMaltin; liema serq kien ikkwalifikat bil-vjolenza numerika, bil-mezz, bil-valur li jeccedi l-elf lira, bil-lok u bil-hin. Kien gie akkuzat ukoll illi volontarjament hassar jew gharraq hwejjeg haddiehor mobbli jew immobbli; liema hsara tiskorri l-hames mitt lira Maltin u kien gie akkuzat talli f'Malta xjentement laqa' ghandu jew xtara hwejjeg misruqa, mehuda b'qerq jew akkwistati b'reat, jew xjentement b'kull mob li jkun imdahhal biex ibieghhom jew imexxihom, liema oggetti gejjin minn reat ta' serq ikkwalifikat bil-valur.

Ir-rikorrent Joseph Portelli qed jaghmel dan ir-rikors kostituzzjonali fejn premezz tieghu qieghed jallega ksur tad-drittijiet fundamentali tieghu premezz ta' sentenza moghtija mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali fis-7 ta' Dicembru 2006 fl-ismijiet il-Pulizija (Spettur Michael Mallia) kontra Joseph Portelli. Ir-rikorrenti jallega illi gew lezi d-drittijiet fundamentali tieghu kif enunzjati fl-Artikolu 5 (1) (a) tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali inkorporat fl-ewwel skeda tal-Att Dwar il-Konvenzjoni Ewropeja, Kap 319, kif ukoll id-drittijiet fundamentali tieghu kif enunzjati fl-Artikolu 6 (1) tal-Konvenzjoni Ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem il-libertajiet fundamentali inkorporati fl-ewwel skeda ta' l-att dwar il-Konvenzjoni Ewropeja (Kap. 319). Ir-rikorrenti qieghed jallega wkoll illi permezz ta' l-imsemmija sentenza tal-Appell Kriminali gew lezi d-drittijiet fundamentali tieghu kif enunzjati fl-Artikolu 34 (1) (b), 39 (1) u jew 39 (2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta.

Ir-rikorrenthass illi bis-sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali gew lezi id-drittijiet fundamentali tieghu udana peress illi : (1) imposizzjoni ta' piena in relazzjoni ma' imputazzjoni li dwarha ir-rikorrentinstab mhux hati u ghalhekk hemm ksur ta' l-Artikolu 34(1)(b) tal-Kostituzzjoni ta' Malta jew alternattivament li, ghallinqas parzjalment, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ma kenitx kompetenti li timponi skond il-ligi ksur ta' l-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif introdotti permezz ta' l-Ewwel Skeda tal-Kap.319,Ligijiet ta' Malta.

Skond il-Qorti, ir-rikorrent ma irnexxielux jipprova li l-Imhallef kelluparzjalita soggettiva. Il-Qorti hija tal-fehma li ma hemm l-ebda prova li b'xi mod jista iwassalhabiex tqis illi l-Qorti ta' l-Appell Kriminali kienet soggettivament jew oggettivament parzjali fl-imgieba taghha b'mod li waslet ghall-ksur tad-dritt tar-rikorrent ghall-smigh xieraq minn Qorti imparzjali.

Ghaldaqstant, il-Qorti qeghda tiddeciedi billi tiddikjara illi s-sentenza moghtija mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali fis-7 ta' Dicembru 2006 fl-ismijiet “Il-Pulizija (Spettur. Michael.Mallia) vs Joseph Portelli” (Appell Nru 267/06) ma kisret l-ebda wiehed mill-jeddijiet tar-rikorrenttaht l-Artikoli 34 (1) (b), 39 (1) u / jew 39 (2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u / jew taht l-Artikoli 5 (1) (a), 6 (1) tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, inkorporat fl-Ewwel Skeda ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap.319 Ligijiet ta' Malta, u b'hekk tichad it-talbiet tar-rikorrent; bl-ispejjez kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info