eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 91/2007/1
Download
Judgement Details
Date
09/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA vs POLIDANO BROTHERS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA vs POLIDANO BROTHERS LIMITED - 91/2007/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
APPELL; ARTIKOLU 283A TAL KAP 12
Summary
Fis-sistema tal-ligi procedurali taghna l-opposizzjoni tad-debitur ghal wiehed jew ghall-iehor humamarkatament distinti minn xulxin. B' mod generali l-kriterju distintiv jikkonsisti f' dan li jsegwi:
(1) L-opposizzjoni ghall-esekuttivita` tat-titolu, kif dixxiplinata mill-Artikolu 166A, subinciz (6), hi dik li permezz taghha d-debitur jikkontesta l-azzjoni ezekuttiva, jew ghal raguni lihu ma kienx jaf bl-ittra ufficcjali ghaliex ma kienx notifikat kif imiss, jew minhabba invalidita` jew inefficjenza ta' l-ittra ufficjali li kkrejat it-titolu ezekuttiv. Opposizzjoni bhal din hi, allura, mahsuba biex b' xi wahda minn dawn il-gravami ritwali, jigi negat lil parti l-ohra d-dritt li tipprocedi ghall-ezekuzzjoni forzata in forza ta' dak it-titolu. Hi, kwindi, opposizzjoni ghall-ezekuzzjoni fejn permezz taghha jigu kkontestati l-ezistenza, jew il-persistenza, tat-titolu ezekuttiv,l-idonejeta` tieghu, u l-ammissibilita` guridika ta' l-ezekuzzjoni ko-attiva tal-kreditu;
(2)Gjaladarba s-subinciz (4) ta' l-istess Artikolu 166A jannovera dak it-titolu ezekuttiv, kostitwit mill-ittra ufficcjali, fil-parametri ta' l-Artikolu 253 (a), l-opposizzjoni ghall-att ezekuttiv innifsu mahrug bis-sahha ta' dak l-istess titolu ezekuttiv, tista' ssir skond il-forma u l-modalita` specjali preskritti mill-Artikolu 283A tal-Kodici ritwali.
3) L-adoperu tar-rit specjali preskritt mill-Artikolu 283A mhux l-unika tutela li l-ligi takkorda lid-debitur fil-kontestazzjoni tieghuta' l-att ezekuttiv.
(4) moghti fil-qorti bil-miftuh, il-procediment kontenzjuz ordinarju jintemm bi provvediment li jivvesti fih il-karatteristici ta' sentenza vera u proprja;
F'dan il-kaz, l-Awtorita` Marittima appellanti qed iggib il quddiem kwestjoni incidenti fuq ix-xorta tar-rit procedurali maghzul mis-socjeta` appellata ghall-opposizzjoni taghha ta' l-att ezekuttiv tal-mandat tas-sekwestru. Hi titlaq mill-punt illi ghalkemm is-socjeta` appellata ma ndikatx b' mod car fuqliema disposizzjoni tal-ligi kienet qeghda tartikola t-talba taghha, l-indikazzjoni hi, anke minn dak ammess mill-kontroparti quddiem l-ewwel Qorti, illi s-socjeta` appellata kienet optat ghall-procedura fit-termini ta' l-Artikolu 283A.
Din il-Qorti ta' l-Appell tikkonstata illi l-partijiet ittrattaw il-materja mill-ottika tal-precitat Artikolu 283A in kwantu l-punt dwaru kien gie hekk sollevat mill-Awtorita` appellanti fir-risposta taghha ghar-rikors tas-socjeta` appellata.
Is-socjeta` appellata tippretendi illi la ghamlet il-hlas tas-somma kapitali mitluba in full and final settlement, allura l-Awtorita` appellanti ma kellhiex dritt tikkonsegwi l-hlas ta' l-imghax u ta' l-ispejjez legali bl-att ezekuttiv. Il-kwestjoni kellha allura timpernja ruhha fuq il-konsiderazzjoni dwar jekk il-hlas, b' dak il-mod, ghandhiex isservi ta' liberazzjoni tas-socjeta` appellata mill-kumplament tal-hlas tad-debitu pretiz mill-Awtorita` appellanti.
Fl-opinjoni ta' din il-Qorti ta' l-Appell, jezistu zewg ragunijiet il-ghala din il-liberazzjoni ma tistax tigi accettata. Ibda biex, il-pagament, hekk kwalifikat ghas-saldu, kien intiz biex jestingwi biss l-ammont tal-fattura specifika indikata fl-ittra akkompanjanti l-Bank Draft. Fit-tieni lok, gjaladarba kienet l-istess socjeta` appellata li imputat dak il-hlas ghas-saldu ta' dik il-fattura partikulari, il-kreditu accessorju ghall-interessi u l-ispejjez legali kellu jibqa' ferm u insodisfatt, u dik id-dikjarazzjoniunilaterali tas-socjeta` appellata ma kellhiex isservi biex testingwi wkoll l-obbligazzjonijiet kollha tas-socjeta` appellata debitrici versu l-Awtorita` Marittima appellanti.
Ghaldaqstant,din il-Qorti ta'l-Appell tiddikjara illi l-procedura adottata mis-socjeta` appellata mhix dik idoneja fil-parametri ta' l-Artikolu 283A tal-Kapitolu 12, u li, f' kull kaz, id-digriet moghti mhux konfacjenti mad-disposizzjonijiet tieghu u qed jigi dikjarat null u bla effett. In vista tal-premess l-appell qed jigi milqugh, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra s-socjeta` appellata.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It