Referenza: 50/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/10/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BALDACCHINO ALFRED JOSEPH PRO ET NOE vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DMIR TA AVUKAT - DRITT TA ASSISTENZA TA AVUKAT JEW PROKURATUR LEGALI - LEGAL AID
Fil-Qosor
Jekk ir-rikorrenti juru lill-Qorti li ghandhom probabilis causa litigandi fuq bazi prima facie, humajinghataw assistenza ta` Avukat u Prokuratur Legali li ghandhom obbligu jaghtu l-assistenza taghhom, inattez problemi ta` hlas li r-rikorrenti jista` jkollhom mal-Avukat precedenti taghhom.

Diment li r-rikorrenti ma jirnexxilhomx iqabbdu avukat jew prokuratur legali iehor, hi x`inhi r-raguni, huma jistghu jaghmlu talba biex il-Qorti tahtar avukat u/jew prokuratur legali biex jassistihom,u l-avukat u/jew prokuratur legali hekk mahtur hu obbligat li jwettaq l-obbligu impost fuqu u skondl-ahjar principji u regoli tal-professjoni tieghu. Ic-cittadin ghandu dritt ghal dan ir-rimedju, indipendentement mill-komplessita` o meno tal-kaz li jkun involut fih, u jaghti soluzzjoni facli ghalproblema li r-rikorrenti allegatament sabu ruhhom fiha.

Dan kollu jissodisfa l-obbligu tal-Istat taht il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Hu veru li l-avukat nominat jista` ma jkunx necessarjament dak li dik il-persuna tkun tixtieq, imma zgur fil-kamp civili, mhux mehtieg li l-Istat jipprovdi dak l-avukat li jaghzel ic-cittadin. Fil-fatt, lanqas fil-kamp kriminali ma hemm din il-htiega, u kif qalet il-Qorti Ewropeja fil-kaz “Kamasinski”, decizafid-19 ta` Dicembru, 1989, “the competent national authorities are required under article 6(3) to intervene only if a failure by legal aid counsel to provide effective representation is manifest or sufficiently brought to their attention in same other way”.

L-Avukat mahtur ghandu d-dmir jagixxi skond l-ahjar dettami tal-professjoni tieghu, u f`kaz li dan jonqos milli hekk jagixxi, mhux bissl-Avukat jesponi ruhu ghall-proceduri dixxiplinari kontrih, pero`, fl-interess tal-klient, il-Qortitista` tissostitwixxi ghalih avukat iehor li mhux necessarjament ikun wiehed minn dawk fuq l-elenkutal-Avukati ghall-Ghajnuna Legali. F`dan il-kaz, hu probabbli li l-Qorti li kienet titratta materja ta` proceduri kriminali fil-konfront tal-applikant, “will take into account the accused's wishes”.
L-azzjoni tar-rikorrenti f`dan il-kaz hija intempestiva u stante l-facilita` relattiva tar-rimedju indikat, il-Qorti thoss li ghandha ticcensura lir-rikorrenti u l-Avukati tieghu talli ma pprocedewx li juzufruwixxu ruhhom minn dik l-ghajnuna.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tiddeciedi biex tiddeklina mill-tezercita l-gurisdizzjoni kostituzzjonali taghha, peress lihemm rimedji ordinarji alternattivi a dispozizzjoni tar-rikorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni