Reference: 35/2002/1

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BARBARA CARMELO vs CAMENZULI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - BINI MINGHAJR PERMESS - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - EBDA RIMEDJU GHAD-DANNI
Summary
Ghar-rigward ta' l-allegat zball ta' fatt, l-artikolu 976(1) tal-Kodici Civili jiddisponi li l-izball dwar il-fatt ma jgibx in-nullita' tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sentenza nfisha tal-haga litkun l-oggett tal-ftehim. Skond il-gurisprudenza, l-izball fuq is-sustanza ghandu jkun determinanti, soggettiv, unilaterali u, fuq kollox, skuzabbli.

Il-kriterju biex jigi stabbilit jekk kienx hemm dan l-izball ghandu jkun soggettiv, jigifieri li wiehed ghandu jhares lejn il-mod li bih il-kontraent li tqarraq kien qieghed jikkunsidra l-oggett tal-konvenzjoni.

Meta fond ma jkunx kopert bil-permessi relattivi ghal-kostruzzjoni tieghu, mhux biss dak il-fond ma jistax ikun oggett ta' obbligazzjoni (peress li l-oggett tal-ftehim irid ikun haga lecita), izda l-akkwirent li ma jkunxjaf b'dan fil-mument tal-komprovendita, jista' jitlob li jhassar il-kuntrat fuq il-bazi li l-kunsenstieghu kien vizjat bi zball li jolqot is-sustanza tal-haga.

Zball dwar l-ezistenza ta' pjanregolatur fejn kien ser isir twessigh ta' toroq illi kien jolqot parti mill-fond, ghandu jitqies bhala zball fuq is-sostanza tal-oggett.

Zball bhal dan hu skuzabbli, ghax min jixtri fondi ghandu jistenna li l-istess hu mibni skond il-ligi. Min jixtri oggett, m'ghandux ikollu jivverifika mal-awtoritajiet kompetenti jekk dak l-oggett huwiex konformi mal-ligi; la qed jigi offrut ghal-bejgh, kull xerrej ghandu jassumi li dak l-oggett jista' jinxtara minghajr xkiel u problemi 'l quddiem. Kull min jixtri oggett, ghandu dritt jippretendi li dak l-oggett hu tajjeb ghal-uzu, u li kwindi konformi mal-ligi.

Min jixtri vettura, mhux mistenni jivverifika mal-Kummissarju tal-Pulizija jekk l-istess vettura, fl-istat li hi, setghetx tinstaq fit-triq, ghax min ibiegh vettura jaghmel hekkbiex ix-xerrej juzha fit-triq, u hu dover tal-venditur jara li hi "tajba" ghal dak l-iskop. F'kaz ta' bini, huwa d-dover tal-venditur, anke jekk ma kienx hu l-kosstruttur, li jara li l-bini jkun "tajjeb" ghall-iskop li ghalih se jinbiegh, f'dan il-kaz, ta' residenza. L-obbligu li jara li kollox husewwa u in regola hu mixhut fuq il-venditur u mhux fuq ix-xerrej li, hlief ghac-cirkustanzi li jidhru ictu ocoli ghandu dritt jhalli f'idejn il-venditur dwar il-vijabilita' tal-oggett. Il-fatt li dan ukoll ikun in bona fede, ma jaffettwax l-azjoni li hi bazata fuq il-kunsens tal-kontraenti li qedjagixxi ghar-rexissjoni, u mhux fuq xi agir jew fatt tal-kontraent 'l iehor.

L-artikolu 1209(2) tal-Kodici Civili jghid li f'kaz li kuntratt jigi rexiss, "kull parti ghandha trodd lill-ohra dakli tkun irceviet jew dahlet b'effett jew bis-sahha tal-kuntratt"; ma jinghad xejn dwar danni. Il-Qorti tara wkoll li, fil-kuncett ta' zball, il-kuntratt jithassar ghax il-kontraent innifsu jkun waqa' fi zball, u ma jkunx hemm attribuzzjonijiet ta' agir doluz, qarrieqa jew vjolenti tal-parti l-ohra. Fi kliem iehor, mhux qed nitkellmu fuq "an induced error", ghax il-kuncett ta' zball fl-ordinament guridiku Malti huwa soggettiv u unilaterali, u jekk kontraent kien fi zball, ghandu dritt li jirrexxendi l-ftehim, indipendement mill-istat d'animu tal-parti l-ohra. F'din is-sitwazzjoni, fejn ir-rimedju jinghata minghajr riferenza ghal xi haga li seta' ghamel jew m'ghamilx il-parti l-ohra, ma jistax ikun hemm responsabilita' ghad-danni. L-attur ibaza l-azjoni tieghu fuq il-fatt tieghu stess,zball fuq is-sostanza, u xejn ma hu attribwit lill-parti l-ohra. Huwa l-attur li jghazel l-azjoni,u la darba hu ibbaza t-talba tieghu fuq il-fatt li hu kien fi zball - u inghata ragun - ebda responsabilita' ma tista' tigi adebitata lill-parti l-ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info