eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 725/1999/1
Download
Judgement Details
Date
01/06/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
ARRIGO NOEL V., VALENZIA GEOFFREY, CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
DEPASQUALE IMH DR. ANTON vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
DEPASQUALE ONOR IMH DR ANTON vs AVUKAT GENERALI - 725/1999/1 - CONSTITUTIONAL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, APPLIKAZZJONI TA` LIGIJIET LI JKUNU QED JIGU ATTAKKATI IN SEDE KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SOPRASESSJONI - QORTI KOSTITUZZJONALI, APPLIKAZZJONI TAL-LIGIJIET - QORTI KOSTITUZZJONALI, IMPORTANZA TAL-GURISPRUDENZA - SOPRASESSJONI, META HIJA PERMESSA
Summary
L-obbligu tal-Qrati taghna f'din is-sistema huwa (dejjem fil-parametri ta' dak li tipprovdi l-Kostituzzjoni) li japplikaw l-ligijiet promulgati mill-organu legislattiv ta' l-istat, anke fejn jista` jidrilhom illi xi ligi partikolari setghet, li kieku, tirregola b'mod ahjar u aktar espedjenti dik is-sustanza jew dik il-procedura li ghaliha giet promulgata. Fl-interpretazzjoni tal-ligijiet ta' pajjizna kif fuq imfisser il-Qorti hija mghejjuna b'decizjonijiet precedenti taghha, ghax minkejja illifis-sistema taghna ma jezistix il-kuncett ta' binding precedent huwa ovvju li pronunzjamenti gudizzjarji precedenti fejn il-materja partikolari tkun giet approfondita, ma ghandhomx jigu rovexxati leggerment u minghajr raguni tant serja li jwasslu lill-Qorti ghal konkluzzjoni li tali interpretazzjoni hija wahda jew ingusta mal-mghodija taz-zminijiet jew wahda li nterpretat ligi partikolari b'mod inkorrett. Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni japplikaw ukoll ghall-Qorti Kostituzzjonali minkejjailli hija (bhal Prim'Awla tal-Qorti Civili - Sede Kostituzzjonali, li ghandha gurisdizzjoni originali) f'dawn il-materji u cioe' ta' allegat ksur tad-Drittijiet tal-Bniedem taht l-Artikoli 33 sa 45 tal-Kostituzzjoni awtorizzata li "taghmel dawk l-ordnijiet, tohrog dawk l-atti u taghti dawk id-direttivi li tqis xieraq sabiex twettaq, jew tizgura t-twettiq ta' kull wahda mid-dispozizjonijiet ta' l-imsemmija Artikoli 33 sa 45 (maghdudin) li ghall-protezzjoni taghhom tkun intitolata dik il-persuna"(Artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni).
Huwa l-obbligu ta' kull Qorti biex tisma' u tiddeciedi kull kawza fiz-zmien ragonevoli skond ic-cirkostanzi tal-kaz partikolari - obbligu li jidher partikolarment impost fuq din il-Qorti li hu mahsub illi s-smiegh quddiemha "ghandu jkun b'kull heffa possibbli" (sub-artikolu (7) ta' l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni).
Bhala tali s-soprassessjoni ma hijiex kontemplata fis-sistema guridika taghna li tikkontempla biss l-eccezzjonijiet tal-lis alibi pendens u tal-Konnessjoni tal-Kawzi li pero' huma istituti differenti. Dan nonostante l-principju tas-soprassessjoni giet introdotta fis-sistema guridika taghna bis-sahha tas-sub-artikolu (3) ta' l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni li hekk jipprovdi:
"Jekk f'xi proceduri f'xi Qorti li ma tkunx il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, jew il-Qorti Kostituzzjonali, tqum xi kwistjoni dwar il-ksur ta' xi wahda mid-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija Artikoli 33 sa 45 (maghdudin), dik il-Qorti ghandha tibghatil-kwistjoni quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili kemm-il darba fil-fehma taghha t-tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx semplicement frivola jew vessatorja; u dik il-Qorti ghandha taghti d-decizjoni taghhafuq kull kwistjoni mibghutha quddiemha skond dan is-sub-artikolu u, bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-sub-artikolu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti li quddiemha tkun qamet il-kwistjoni ghandha tiddisponi mill-kwistjoni skond dik id-decizjoni."
Is-soprassessjoni hija, minnha nnifisha, mizuraeccezjonalissima ghaliex tiffrena l-andament normali ta' kawza b'mod billi twaqqaf ghalhekk dik l-ispeditezza li tesigi l-gustizzja biex kull kawza tinqata' fi zmien ragonevoli.
L-istat prezenti ghalhekk tal-ligi taghna hija li ebda Qorti ma ghandha tissopprassjedi hlief kif provvdut fis-sub-artikolu (3) ta' l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni fuq ikkwotat ghax l-accettazzjoni ta' dan il-principju jista' biss iwassal ghal kroll totali tas-sistema tal-gustizzja taghna li hija gia' mghobbija b'diversi diffikultajiet li mhux il-kompitu ta' din il-Qorti li tidhol fihom f'din is-sentenza.
Huwa principju kardinali tal-ligi li sakemm provvediment ta' l-istess ligi ma jigix dikjarat null ghandu jkompli fl-applikazzjoni shih tieghu anke fejn il-validita' ta' l-istess qed tigi attakkata
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It