Reference: 2689/1996/1

Judgement Details


Date
22/05/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AQUILINA ANTHONY ET vs FARRUGIA ANTHONY H AV DR NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA THEDDID - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA VJOLENZA
Summary
Skond il-ligi, il-vjolenza hija kawza ta' nullita` tal-kuntratt ghaliex tostakola l-liberta` tal-kunsens. Il-vjolenza tikkonsisti f'vie di fatto jew minacci ezercitati kontra persuna biex jigi minnhakarpit il-kunsens li hija ma tridx taghti. Hu pero` necessarju li l-vjolenza morali tkun il-kawzadeterminanti tal-kuntratt; jigifieri biex kuntratt ikun suxxettibli li jigi annulat minhabba l-vjolenza jehtieg li l-kunsens ta' wahda mill-partijiet ikun gie estrat bi vjolenza; fi kliem iehor li l-kunsens ikun il-frott ta' vjolenza ezercitata li tottjeni dak il-kunsens u mhux ir-rizultat accidentali ta' vjolenza ezercitata tottjeni dak il-kunsens u mhux ir-rizultat accidentali ta' vjolenza ezercitata biex jigi raggunt skop divrs. Mhux bizzejjed li l-kunsens jigi moghti u l-kuntratt ikun sartaht pressjoni ta' forza insormontabili ghal dak li jkun ta l-kunsens; ghaliex dik il-forza tista' tkun forza naturali u nkonxjenti, u ghalhekk proprjament ma jkunx hemm vjolenza mill-punto di vista guridiku. Il-vjolenza trid tkun l-opera ta' persuna li tezercitaha biex tottjeni l-kunsens.

Biex il-vjolenza morali tammonta ghall-vizzju tal-kunsens hemm bzonn li tkun determinanti, ingusta ugravi u tali li taghmel impressjoni fuq persuna ragonevoli u li tiggenera l-biza' li tesponi ingustament lill-persuna taghha jew il-gid taghha ghal dannu gravi. Il-kwistjoni jekk hemmx vjolenza hija ndagni li hija mhollija interament fil-prudenza tal-gudikant.

L-ezercizzju ta' dritt jew ankel-pretenzjoni ta' dritt kontra terz fl-ambitu ta' proceduri gudizzjarji bl-ebda mod ma jista' jitqies bhala element kostituttiv ta' vjolenza morali fit-termini tal-ligi. Fejn dak id-dritt jezisti il-kreditur ikun pjenament gustifikat li jezercitah u d-debitu ma jistax javanza l-pretensjoni li l-effett negattiv ta' l-ezercizzju ta' dak id-dritt kien tant serju li seta' jigi kkwalifikat bhala xi forma ta' vjolenza morali fuqu.

L-ghemil doluz huwa motiv ta' nullita tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu tali li minghajrhom il-parti l-ohra ma kienitx tikkuntratta. Dan l-ghemil doluz ma jistax ikun prezunt, imma ghandu jigi ppruvat.

Mhux kwalunkwe ingann ta' kontraent wiehed ghad-dannu ta' l-iehor jammonta ghad-dolo rikjest mill-ligi bhala motiv ghall-annullabilita` ta' kuntratt. L-ingann irid ikun tali li ma jhallix lill-kontraent ingannat il-kuxjenza ta' dak li kien qieghed jaghmel u l-indipendenza tal-kunsens tieghu u tali wkoll li minghajruma kienx jikkuntratta.

L-ghemil doluz ma jistax jigi prezunt, imma ghandu jigi ppruvat.

Dwar vizzju tal-kunsens minhabba zball, il-ligi tiddistingwi bejn zball dwar il-ligi li ma jgibxnullita` hlief meta dan ikun il-kawza wahdanija jew ewlenija tieghu, u zball ta' fatt li ma jgibx in-nullita` tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim. Biex jaghti lok ghat-thassir tal-kuntratt l-izball ta' fatt irid ikun zball sostanzjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info