Reference: 194/2002/1

Judgement Details


Date
03/03/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI PAUL ET vs CAMILLERI MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, KUNCETT TA` AVVJAMENT - AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES
Summary
Skond il-gurisprudenza lokali, f'kaz li l-kirja ma tkunx ta' "bare premises" imma ta' "a going concern", l-inkwilin ma jkollux dritt ghar-rilokazzjoni tal-fond, izda t-titolu tieghu jispicca wara li z-zmien koncess jaghlaq.

Il-kompetenza tal-Qorti tigi determinata mit-termini tal-azzjoni, u la darba l-atturi qed jallegaw kien hemm kirja ta' universitas rerum, u qed jitolbu li din tigi terminata, trattandosi ta' valur indefinit, din il-Qorti ghandha l-kompetenza tittrattata u tiddeciedi fuq il-meritu tal-kaz.

Meta l-allegazzjoni tkun li fond inkera bhala "business concern", huma l-Qrati ordinarji li ghandhom kompetenza jiddeciedu fuq dik il-kwistjoni u jipprovdu fuq it-talba ghal-izgumbrament. Jekk, ovvjament, jigi deciz li l-kirja ma kienetx ta' "business concern" izda ta' "bare premises", allura l-kompetenza ta' dawn il-Qrati tispicca b'dik id-decizjoni.

Il-fatt lis-sid, gheluq iz-zmien ta' lokazzjoni originali koncess, accetta l-kera u, ghalhekk, ikkonceda r-rilokazzjoni taccetta tal-fond, ma ghandux jaggevola lill-konvenut inkwilin, ghax in-natura tal-kirjama tinbidilx bil-fatt li s-sid ikun accetta l-kera wara li ghalaq iz-zmien originarjament koncess, fin-nuqqas ta' ftehim gdid. Jekk kirja tkun ta' "business concern", hekk tibqa' titqies anke jekk l-istess kirja tkun mgedda tacitament.

F'kazijiet ta' din in-natura wiehed irid jifhem x'kien fl-intendiment tal-kontraenti l-oggett veru u sostanzjali tal-kuntratt, jekk hux, cioe', il-bini fihinnifsu bhala lokal inkella principalment l-azjenda kummercjali bhala tali gestit fih. Dan ghalhiex, "il-gurisprudenza li nehhiet mill-protezzjoni tal-ligi specjali certi lokazzjonijiet jew cessjonijiet ta' azjendi kummercjali ma ghandhiex tigi estiza, u anzi ghandha tigi ristretta ghal kazijiet genwieni ta' veru azjendi kummercjali li naturalment maghhom ikun hemm l-accessorji taghhom". Gie kawtelat in subjecta materja illi "mhux kull meta isir kirja ta' fond gja uzat bhala hanut, talvolta anke b'xi ghamara fih (per ez., xi bank jew vettrina) u b'xi licenzja tal-pulizija fuqu, ghandu bil-fors jinghad illi si tratta ta twellija ta' azjenda kummercjali".

Ghalkemm ma humiex forsi facli li tinsab definizzjoni ta' x'inhuwa "avvjament" f'kuntest guridiku, b'referenza ghal gurisprudenza, b'dana kollu din il-Qorti jidhrilha illi l-kuncett kummercjali tal-kelma huwa facli u ghandu jigiuzat id-distinzjoni li jaghmel kummercjant li hija bejn li jibda huwa negozju, f'hanut, f'fabbrika,jew f'xi stabbiliment, u li huwa jkompli f'negozju ghaddej u miexi - jigifieri dak avvjat - f'hanut, f'fabbrika, jew f'stabbiliment. L-espressjoni ingliza, "a going concern" hija ndikattiva tal-istess kuncett. Il-qofol huwa dejjem li biex tapplika l-ligi ordinarja, il-kirja trid tkun ta' negozjuavvjat u mhux ta' hanut avvjat ghan-negozju li, pero', mhux avvjat fin-negozju. Biex jinghad li kien hemm lokazzjoni jew cessjoni ta' negozju avvjat, irid jirrizulta li l-ftehim kien dak ta' kera ta'post li mhux biss kien adebit, u li fil-mument li fih gie konbjuz il-kuntratt ta' kirja, kien qieghed jigi fih gestit mhux biss bl-attrezzi u l-makkinarju u l-facilitajiet li gew trasferiti lill-konvenut bhala parti integrali tal-kirja, imma wkoll bil-klijentela li minnha l-istess inkwilin minn dak il-mument beda, u baqa', juzufruwixxi minnha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info