Reference: 1672/1998/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GAMBINA PERIT JOHN A&CE vs FITHOME LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
RIKUZA TA` IMHALLEF, AKKOLJIMENT TA` TALBA GHALL-HRUG TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI MHIX RAGUNI VALIDA GHAL
Summary
Din kienet sentenza dwar talba ghar-rikuza tal-gudikant li kien laqa' mandat ta' inibizzjoni relatatma' l-istess kawza.

Il-Qorti qieset li l-konsiderazzjonijiet li jsiru fil-kuntest ta' proceduri ghall-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni huma differenti minn dawk relattivi ghall-kawza vera u proprja.

F'dak l-istadju l-Qorti ma tkunx qed tidhol fil-mertu tal-kontroversja bejn il-partijiet, izda tkun qed tara jekk jirrizultawx l-elementi imsemmija rikjesti milli ligi u jekk tkun sodisfatta li hemm ragunijiet prima facie ghaliex it-talba tar-rikorrenti ghandha tigi milqugha, tordna lijinhareg il-mandat. L-iskop tal-hrug tal-mandat ta' inibizzjoni mhux li jigi deciz jekk ir-rikorrenti ghandhomx dritt jew le fil-kontroversja imma l-iskop huwa biex tinghata protezzjoni provvisjorjasakemm tigi deciza definittivament il-kontroversja u b'hekk il-posizzjoni bejn il-partijiet ma tigix pregudikata irrimedjabillment. Ghalhekk il-konsiderazzjonijiet li taghmel il-Qorti qabel tordna l-hrug tal-mandat jew tichdu, mhumiex l-istess bhal dawk li taghmel meta tkun ser taghti decizjoni finali fuq il-mertu. Il-finalita', cjoe fejn trid tasal il-Qorti hija differenti - wahda hija protezzjoni provvisjorja u l-ohra hija decizjoni finali fil-mertu. Anke l-konsiderazzjonijiet li taghmel il-Qorti huma differenti ghax il finalita hija differenti. F'wahda tara jekk prima facie hemmx l-elementi ghal hrug tal-mandat u fl-ohra jekk ir-rikorrent ghandux ragun fil-mertu.

Ghalhekk il-qorti cahdet it-talba ghar-rikuza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info