Reference: 1808/1997/1

Judgement Details


Date
27/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GONZI AUSTIN vs MALTA DRYDOCKS CORPORATION
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM - AUDI ALTERAM PARTEM, EQUALITY OF ARMS - GURISDIZZJONI, DECIZJONIJIET TA` AZJENDA JEW ORGANIZZAZZJONI - GURISDIZZJONI, DECIZJONIJIET TA` KORPI KOSTITWITI, SOCJALI JEW KUMMERCJALI
Summary
Fl-ordinament guridiku bhal taghna it-tutela tal-jeddijiet fundamentali bazat ukoll fuq il-principjita' gustizzja naturali tantecedi l-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni b' hafna u hafna decenni u spiss taghti kopertura aktar u aktar komprensiva lil dawn il-jeddijiet.

Hekk jinsab assodat fi skorta ta' decizjonijiet illi bordijiet u tribunali li jkollhom attribuzzjonijiet u funzjonijiet decizjonali ma jistghux, fl-espletament ta' dawk l-istess attribuzzjonijiet u funzjonijiet, jinjoraw il-principji bazici ta' gustizzja naturali. Ghall-kuntrarju, hu anzi mistenni minnhom li jirrispettaw dawnl-istess principji li, proprju ghax fundamentali, jintitolaw lil kull parti fil-procediment li jkollha l-opportunita` li tiddefendi l-kaz taghha u taghmel is-sottomissjonijiet kollha taghha.

Ta' min isemmi wkoll illi l-opportunita` tad-difiza pjena, anke jekk dan mhux precizat b' mod kategoriku u dirett fl-accennati sentenzi, tinkorpora fiha l-principju daqstant iehor importanti ta' l-hekkdefinit "equality of arms".

Ma jidherx li huwa kontrovers illi korpi kostitwiti, socjali jewkummercjali, u kull azjenda jew organizzazzjoni li thaddan regolamenti regolanti l-komportament ta'l-imsiehba jew ta' l-impjegati huma soggetti ghall-iskrutinju tal-qrati ordinarji f' kaz li jinsorgu disputi li xi decizjoni mehuda ma tkunx hekk ittiehdet fl-ambitu ta' l-istess regolamenti u fid-dawl tal-provi u tal-gustizzja. Anke jekk il-qrati jirrikonoxxu l-awtorita` ta' dawn l-istess korpi,azjendi jew organizzazzjonijiet u/jew tal-bordijiet dixxiplinarji, krejati minn regolamenti interni,u vestiti b' certu poter, fl-istess waqt hu bil-wisq pacifiku illi l-istess qrati minn dejjem akkordaw protezzjoni lid-drittijiet tas-singolu mill-abbuz u illegalitajiet kommessi b' infrazzjoni tar-regolamenti;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info