Reference: 212/1999/1

Judgement Details


Date
05/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MANDUCA AV. DR. PHILIP NOE vs SUN MARITIME LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
CHARTERER TA` VAPUR, RESPONSABILITA` TA` - NOLEGG TA` VAPUR, TIPI TA` - TRASPORT MARITTIMU, IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURAL - VETTURAL, IDENTIFIKAZZJONI FIL-KAZ TA` TRASPORT MARITTIMU - VETTURAL, RESPONSABILITA` TA`
Summary
L-Att Dwar il-Garr ta' Merkanzija bil-Bahar (Kap 140 tal-Ligijiet ta' Malta) jiddefinixxi "garr ta'merkanzija" bhala "iz-zmien minn dak il-hin li l-merkanzija titghabba fuq il-bastiment sa x'hin tinhatt minnu." Fl-Ewwel Artikolu ta' l-Iskeda li tinsab fil-Kap 140 imsemmi, "kuntratt ta' garr" jirreferi biss "ghall-kuntratt ta' garr li dwaru nharget polza ta' taghbija jew kull dokument ta' titolu simili, safejn dak id-dokument hu relattiv ghall-garr ta' merkanzija bil-bahar, maghduda kull polza ta' taghbija jew kull dokument simili kif imsemmi hawn qabel mahruga taht jew bis-sahha ta' kuntrattta' nolegg minn x'hin dik il-polza tat-taghbija jew dokument simili ta' titolu jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn vettural u min ghandu f'idejh dik il-kitba." Skond l-istess Skeda il-"vettural" jista`jkun is-sid tal-bastiment jew in-noleggatur li jaghmel kuntratt ta' garr ma' karikatur.

Inadempjenza ta' l-obbligi tieghu l-vettural, sew jekk ikun is-sid sew jekk ikun in-noleggatur, ghandujaghmel il-bastiment tajjeb ghall-bahar, jipprovdi kif jixraq il-bastiment b'ekwipagg, bl-attrezziu bil-hazna, u jaghmel l-istivi . u kull naha ohra tal-bastiment li fiha tingarr il-merkanzija tajbin u xirqin biex fihom il-merkanzija tkun tista` titqieghed, tingarr u tithares u fin-nuqqas jkun responsabbli ghal telf jew hsara li tigri.

Minn dan jidher li r-responsabbilita` ghal telf jewhsara fil-merkanzija taqa' fuq dik il-persuna li tkun assumiet ir-responsabbilita` ghall-garr tal-istess merkanzija permezz ta' polza ta' taghbija. Huwa ghalhekk il-'carrier' li jirrilaxxa l-Bill of Lading li jaghmel tajjeb ghad-dannu.

Dan il-'carrier' ossia 'vettural' jista` jkun sew is-sidtal-bastiment kemm terza persuna li jkollha kontroll tal-istess bastiment permezz ta' kuntratt ta'nolegg. Fil-kaz ta' garr ta' merkanzija li l-Bill of Lading juri bic-car li huwa sid il-bastiment liqed jikkuntratta mal-karikatur, billi dan id-dokument jigi iffirmat mill-agent tas-sid jew mill-Kaptan tal-bastiment, ma hemm ebda diffikulta` biex tidentifika l-parti responsabbli ghat-telf jew hsara. Izda meta l-bastiment jkun l-oggett ta' kuntratt ta' nolegg u ghalhekk qed jintuza ghall-garr ta'merkanzija mhux mis-sid izda minn terza persuna, il-posizzjoni tista` ma tkunx daqshekk cara. Hemmdiversi tipi ta' kuntratti ta' nolegg, ossia Charter Parties, li jistghu jigu klassifikati taht zewgkategoriji partikolari. Dawk, maghrufa bhala "Bareboat charter" fejn in-noleggatur jakkwista, ghall-perjodu stipulat, il-kontroll shih u pussess komplet tal-bastiment, inkluz id-dritt li jahtar il-kaptan u l-ekwipagg tal-bastiment (Art. 84A (1) Kap 234), u dawk fejn in-noleggatur jaghmel uzu mill-bastiment ghall-perjodu stipulat, billi jinqedha bl-istess basiment ghall-garr ta' merkanzija filwaqtli l-Kaptan u l-ekwipagg jibqghu dawk li jkunu gew mahtura minn sid il-bastiment. Fost dawn insibul-hekk imsejha "voyage charter" li jkun limitat ghall-vjagg partikolari, u "Time Charter" liema nolegg huwa kuntratt ghall-perjodu pre stabbilit.

Fil-kaz ta' "Bareboat charter" ma ghandux jkunhemm diffikulta biex jigi identifikat il-'carrier' ossia il-vettural bil-konsegwenzi kollha li danigib. Izda fil-kaz ta' Voyage jew Time Charters mhux dejjem huwa facli li tisabilixxi minn huwa l-carrier u konsegwentement minn huwa responsabbli ghad-danni f'kaz ta' telf jew hsara fil-merkanzija. Cioe` jekk ghandux jirrispondi c-charterer jew jekk sid il-bastiment li jkun ta' b'nolegg l-istess bastiment. Dan ghaliex, ghalkemm ir-relazzjoni ta' bejn l-karikatur u l-vettural hija principalment regolata bil-Bill of Lading, jista` jkun hemm fatturi ohra, bhal ma huma kondizzjonijiet specifici fil-kuntratt ta' nolegg bejn sid il-bastiment u c-charterer li jistghu jvarjaw l-obbligi tal-partijietfil-kuntratt ta'nolegg vis-à-vis terzi. Dan huwa proprju l-kaz prezenti.

L-artikolu 347 tal-Kap 234 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li "sid il-bastiment ikun responsabbli ghall-obbligi kollhakuntratti mill-kaptan dwar il-bastiment, u jkun responsabbli ghal kull danni li jigru b'ghemil jewb'nuqqasijiet fin-navigazzjoni jew fit-tmexxija tal-bastiment." Dan l-obbligu jezisti nkwantu l-kaptan, bhala l-persuna responsabbli ghall-bastiment, ghandu wkoll ir-rappresentanza ta' sid il-bastiment u jorbot lis-sidien sakemm ma jmurx oltre l-obbligi u d-dmirijiet imposti jew koncessi lilu. Naturalment dan il-principju ma japplikax meta l-bastiment, tramite "bareboat charter" johrog mill-kontroll tas-sid billi, f'dawk l-okkazzjonijiet l-kaptan u l-crew jkun gew mahtura mill-istess charterer.Izda meta sid il-bastiment ghandu l-kontroll effettiv, tramite l-kaptan, dan jista' u ghandu jigi kunsidrat bhala l-"carrier" hlief f'dawk l-okkazzjonijiet meta c-cirkostanzi jkunu juru li dan mhux il-kaz. Din pero` hija eccezzjoni ghar-regola u bhala tali hu mistenni li meta sid il-bastiment jallega sitwazzjoni simili, trid tingieb prova cara u inekwivoka, li turi li r-responsabbilita` ma hijiexta' sid il-bastiment izda ta' terza persuna u cioe` c-charterer.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info