Referenza: 209/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs D'AMATO ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, PEDESTRIAN CROSSING
Fil-Qosor
Ghalkemm sewwieq ghandu dejjem u f'kull hin izomm 'a proper look out' ghal dak kollu li qed jigri madwaru waqt li qed isuq, specjalment ghal dak li huwa prevedibbli, mill-banda l-ohra kull persuna litghazel li tinvadi w tidhol bir-rigel fil-kareggjata minn fejn jghaddi t-traffiku ghandha hi ukoll daqstant dover u obbligu li tara u tesplora t-triq sewwa qabel ma' taqsam. Trid tara li b'dak li sejra tghamel ma tkunx hi li fil-fatt tkun il-kagun jew kawza ta' xi incident.

Anke il-pedestrianghandu l-obbligi tieghu li ghandu josserva, specjalment meta jigi biex jaqsam triq. U dawn huma aktar in evidenza meta pedestrian ma jghamilx uzu minn pedestrian crossing biex jaqsam li tkun biss xiftit metri il-boghod minnu. Meta jigri hekk, dan ikun kaz fejn il-pedestrian ghandu jbati l-konsegwenzi kollha ta' ghemilu. Sewwieq li jkun gja' ghadda zebra crossing logikament mhux mistenni li jgorrl-istess piz ta' responsabilita', ghal dak li jirrigwarda prekawzjonijiet, illi qieghed fuq kull sewwieq meta ghadu qed javvicina zebra crossing.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni