Reference: 9/2001/1

Judgement Details


Date
30/06/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET vs IGNATIUS LICARI NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DEFINIZZJONI TA` QORTI GHALL-FINIJIET TA` REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - BORD TA` ARBITRAGG DWAR ARTIJIET - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI
Summary
L-organi gudizzjarji ordinarji huma dawk li jikkwalifikaw bhala jew Qorti Superjuri jew Qorti Inferjuri fit-termini tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, u huwa ghal dawn il-"qrati" li l-legislatur qed jirreferi fl-Artikoli 46(3) u 47(1) tal-Kostituzzjoni (eccettwati dejjem il-qrati marzjali limitatament ghall-Artikoli 33 u 35).

Il-qrati li l-legislatur qed jirreferi ghalihom fis-subartikolu (3) tal-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni (moqri fid-dawl kemm tal-Artikolu 47(1) kif ukoll tad-disposizzjonijiet l-ohra tal-Kostituzzjoni), kif ukoll fis-subartikolu (3) tal-Artikolu 4 tal-Kap. 319 li gie mehud testwalment mill-Kostutuzzjoni, huma, fil-kamp civili, il-Qorti Civili, il-Qorti ta' l-Appell u l-Qorti Kostituzzjonli kwantu Qrati Superjuri, u il-Qorti tal-Magistrati (Malta)u l-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) kwantu Qrati Inferjuri; u fil-kamp penali il-Qorti tal-Magistrati(Malta) u l-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) ghal dak li huma l-Qrati Inferjuri, u l-Qorti Kriminaliu l-Qorti ta' l-Appell Kriminali ghal dak li huma Qrati Superjuri. Il-Bord ta' Arbitragg dwar Artijiet la jista' jigi kkunsidrat bhala Qorti Superjuri u anqas bhala Qorti Inferjuri f'dan is-sens; u ghalhekk l-Artikolu 46(3) tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 4(3) tal-Kap. 319 ma japplikawx ghalih.

Ghalhekk il-Bord ta' Arbitragg dwar Artijiet ma jistax jaghmel referenza Kostituzzjonali fit-termini tal-Artikoli 46(3) u 4(3) tal-Kostituzzjoni u tal-Kap. 319 rispettivament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info