Referenza: 589/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BLYE ENGINEERING CO. LTD. vs BALZAN VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, MILJORAMENTI MAGHMULA FI PROPRJETA` TA` TERZI - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KUNCETT TA` EKWITA`
Fil-Qosor
Ir-rikjam ghall-principju tad-dritt ekwitattiv ghandu valur jekk jinstab qabel xejn illi l-azzjoni giet sewwa proposta, u dan fir-rigward tar-rizultanzi probatorji mressqa mill-kontendenti.

Huwa notorjament ricevut fid-dottrina illi l-azzjoni ta' l-arrikkament indebitu mhijiex proponibbli meta l-kreditur danneggjat seta' jezercita azzjoni ohra biex jgi indennizzat ghall-pregudizzju soffert.Difatti hu maghruf illi l-azzjoni "de in rem verso" ghandha karattru sussidjarju. Din is-sussidjarjeta` tal-azzjoni hi ntiza fis-sens li hu bizzejjed biex tigi eskluza l-proponibilita` taghha l-fatt tal-possibilita` ta' azzjoni diversa. Dan indipendentment mill-konsiderazzjoni jekk din l-azzjonidiversa tistax twassal ghal rizultat utli. Skond it-Trabucchi ("Arrichimento") l-azzjoni ta' l-arrikkament hi inammissibbli anke meta l-azzjoni diversa tkun saret improponibbli jew esperita inutilment. Biex jista' jkun xort'ohra u l-azzjoni 'de qua' tkun tista' ssir 'in via subordinata' jrid jirrizulta li fil-kawza l-ohra d-domanda tkun giet michuda minhabba l-karenza "ab origine" tal-azzjoni "ex contractu" ghal motiv, per ezempju, tad-difett tat-titolu migjub bhala l-bazi taghha.

Fir-rigward tal-konsiderazzjoni premessa l-gurisprudenza taghna tidher li hi wahda konkordi u pacifika.

a) L-azzjoni de in rem verso hija esperibbli biss meta mhiex esperibbli l-azzjoni "ex contractu"; u ghalhekk meta l-attur ghandu l-azzjoni "ex contractu" kontra d-debitur, huwa ma jistax jagixxi kontra haddiehor bl-azzjoni 'de in rem verso';

b) Din l-azzjoni hi rimedju sussidjarju estiz ghall-kazijiet meta tkun avverat ruhha lokupletazzjoni effettiva ghad-dannu ta' haddiehor, u ssibil-fondamentament taghha fil-principju "jure naturae aequum est neminem cum alterius detrimento et injuria fieri locupletiorem". Dan ir-rimedju gie koncess fil-kazijiet fejn ma hiex esperibbli l-azzjoni "ex contractu";

c) Minn dan li ntqal fuq jitnissel illi din l-azzjoni, ntrodotta mill-ekwita` tal-pretur ruman, giet estiza ghal kwalunkwe vantagg li persuna tirritraji mill-fatt ta' haddiehor, minghajr titolu guridiku, jew b'titolu difettuz, jew null;

d) Ghalhekk, ad exemplum, "meta obbligazzjoni tigi annullata minhabba inkapacita` ta' wiehed mill-kontraenti, ma taghtix lill-kontraent l-iehor ebda dritt ghar-restituzzjoni ta' dak li jkun gie moghti, jew ta' dak li jkun gie imhallas in forza ta' din l-obbligazzjoni, imma di regola hija soggetta ghall-eccezzjoni fil-kaz li jigi pruvat li l-haga moghtija jew imhallsa tkun avvantaggjat lil min kontra tieghu ssir l-azzjoni. Minn dan jitnissel li l-obbligazzjoni trid tkun giet kuntratta ma' inkapaci, li l-istess ghalhekk tkungiet annullata, u l-pagament ikun gie realment maghmul in forza ta' l-obbligazzjoni annullata;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni