Reference: 46/2002/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA GOVANNI ET vs CILIA MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI - PERKOLAZZJONI TA` ILMA - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, ESKLUZJONI TA`
Summary
Huwa principju pacifikament ricevut f'materja ta' danni illi "biex ikun hemm lok ghar-responsabilita` tad-danni hemm bzonn li min jitlobhom jipprova mhux biss l-att jew ommissjoni kolpuza imma li dakl-att jew ommissjoni ghandhom konnessjoni ta' kawza u effett mad-danni sofferti"

Meta sid ta' fond iharrek lis-sid ta' fond adjacenti ghall-hlas tad-danni minnu subiti jrid jipprova, oltre d-dannu subit, ir-responsabilità tal-gar tieghu.

Issa a norma ta' l-Artikolu 1031 tal-Kodici Civili "kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu". Jezistu mbaghad certi presunzjonijiet legali ta' responsabilita` fir-rigward ta' sidien ta' bini bhal dawk ezemplifikati fl-Artikoli 1041 u 1042 tal-istess Kodici. Wiehed necessarjament jifhem li bini jinkorpora fih mhux biss il-geblaizda l-impjanti u nstallazzjonijiet ta' go fih. Huwa ghalhekk prezunt illi kull wiehed iwiegeb ghall-hsara kagjonata anke minn dawn l-impjanti u nstallazzjonijiet taht il-kontroll tieghu. Li jfisser allura li jissussisti d-dover ta' kontroll u ta' kustodja adegwata ta' dawn il-hwejjeg li fuqhom is-sid jew detentur ghandu l-poter materjali. Il-mizuri tal-prekawzjoni u tas-salvagwardja ta' dawnil-hwejjeg ghandhom ikunu ritenuti korrelatati mal-ordinarja diligenza. Ghalhekk ma jestendux ghall-konsiderazzjoni ta' mgieba irrazzjonali u l-boghod minn kull logika tad-dover primarju tad-diligenza.

Gie ritenut li biex iwaqqa' l-presunzjoni tal-htija l-konvenut ghandu jipprova l-konkors ta' zewg cirkostanzi:-

a) l-accident jew il-fortuwitu bhala kawza ta' hsara;

b) in-nuqqas ta' htija da parti tieghu bhala kawza medjata u immedjata tal-hsara."

Issa, kif drabi ohrantqal, il-kaz fortuwitu huwa dak l-avveniment li ma setax ikun prevedut minn persuna ta' ordinarjadiligenza. Intqal ukoll illi biex ikun hemm il-kaz fortuwitu, mhux bizzejjed avveniment insolitu imma jehtieg li jkun inevitabbli b'mod li ma jistax jigi evitat bid-diligenza ordinarja. Kif, ex abundantia, rilevat il-prova tal-fortuwitu jew tal-kawza estranea tinkombi fuq il-konvenut li jissollevaha bhala difiza skagonatrici. Sta ghalih li jipprova li l-kawza fortuwita serviet biex tinterrompil-kollegament bejn il-kolpa addebitata u l-event dannuz. Tinsorgi ghalhekk fil-kaz prezenti d-domanda jekk dak li sehh kienx ir-rizultat ta' kawza fortuwita inevitabbli fis-sens li wiehed ma setax ikun mistenni li jiehu mizuri preventivi kontra dak li ma setax normalment jigi prevdut. Jispetta ovvjament lill-gudikant li jevalwa r-rizultanzi processwali.

Mill-banda l-ohra meta l-konvenutikun naqas minn xi dover impost fuqu mil-ligi anki jekk il-konsegwenzi ta' tali ommissjoni ma jkunuxprevisti jew mixtieqa, il-kaz fortuwitu jigi eskluz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info