eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1438/1996/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
23/06/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MELI CHRISTOPHER ET vs GALEA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MELI CHRISTOPHER ET vs GALEA EMANUEL - 1438/1996/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, INTEMPESTIVITA` TAL-AZZJONI GHALL-HLAS DA PARTI TAL-APPALTATUR - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JIGIX KOMPLETAT - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI
Fil-Qosor
Bhal f'kull kuntratt iehor, apparti l-konsiderazzjonijiet specjali li jemanu mid-dispost tal-Artikolu 1640 tal-Kap 16, rizervat ghall-appalti, l-patt kommissorju jaghti lill-kontraent wiehed kontra l-kontraenti l-iehor inadempjenti l-ghazla li jitlob jew ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt jew l-ezekuzzjoni tieghu (Art 1069 (1) tal-Kap 16). Hekk per ezempju l-kommittent jista' jopta ghar-rizoluzzjoni f'kaz ta' tardivita` fl-ezekuzzjoni jew f'kaz li l-opra tirrizulta ghal kollox inadatta ghad-destinazzjoni taghha, jew diversa minn dik kommissjonata jew nieqsa minn xi kwalita` essenzjali. Minn naha l-ohra l-kommittent jista' jinsisti ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt fejn ix-xoghol jirrizulta nkompletat jew insodisfacenti.
Dipendenti fuq l-ghazla maghmula l-kommittent, imbaghad, ghandu x-xelta li jinsisti ghar-rettifika tal-vizzji u difetti riskontrati fl-opra, jew tar-riduzzjoni fil-prezzraggunt bil-konfront bejn il-valur tal-opra kontrattata u l-valur tal-opra ezegwita. Dan f'kaz li d-difetti ma jkunux daqstant sostanzjali li jipprivaw l-opra mill-iskop jew l-utilita` taghha ghall-kommittent. Jista' wkoll jitlob ir-rifaciment tal-opra f'kaz li l-vizzji ma jkunux jistghu jigu eliminati hlief bid-distruzzjoni tal-opra. Ghandu, imbaghad, rizervat lilu mil-ligi, ex-Art 1069(2) tal-Kodici Civili, d-dritt jirreklama d-danni.
Minn dawn il-premessi jsegwi illi l-kommittent lijkun talab l-ezekuzzjoni tal-appalt u l-eliminazzjoni tad-difetti jista' jirrifjuta li jhallas in bazi ghall-principju "inademplenti non est adimplendum". Hu infatti pacifikament akkolt illi l-appaltatur ma ghandux dritt jezigi l-hlas tax-xoghol li jkun indahal ghalih u l-azzjoni tieghu ghal dan il-hlas titqies intempestiva sakemm ma jkunx irranga d-difetti jew ikkompleta x-xoghol.
Jinsabahjar spjegat minn ezami tad-decizjonijiet in materja illi "il-Qrati taghna f'certi kazijiet ordnawil-hlas tal-prezz tal-appalt stabbilit "a misura" meta kien hemm difetti parzjali u mhux sostanzjali fix-xoghol, izda ordnaw lill-kommittent jirritjeni parti mill-prezz sakemm l-appaltatur isewwi d-difetti. F'kazijiet ohra fejn ix-xoghol kien ezegwit in parti sewwa u in parti hazin, giet negata lill-appaltatur kull parti mill-prezz fuq il-motiv li x-xoghol ma kienx skond ma titlob is-sengha. F'kazijiet ohrajn il-Qorti ordnat li titnaqqas mis-somma li tigi mhallsa somma stmata mill-perit bhalakumpens ghad-difetti fix-xoghol, specjalment meta ma jkunx aktar possibbli jew prattikabbli li jigurrangati d-difetti".
Jekk ix-xoghol li jifforma l-oggett tal-appalt ma jkunx kollu lest, jew ma jkunx kollu ezegwit skond is-sengha, l-appaltatur mhux intitolat jippretendi l-hlas tal-prezz stipulat in konsiderazzjoni ta' dak ix-xoghol, ghax meta x-xoghol li ghalih gie pattwit prezz determinat ma jkunx kollu lest (jew mhux ezegwit sewwa) l-appaltatur ma jistghax jitlob il-hlas, la kollu ulanqas parti minnu.
Huwa logikament desumibbli minn dan illi fejn l-opra tipprezenta difettima jistghax jinghad li l-appell gie ezegwit. Li jfisser allura lili jekk l-appalt mhux ezegwit, anke f'sens ta' bonta u adattabilita` tal-opra, l-appaltatur ma jistghax jippretendi l-hlas tal-korrispettiv sakemm l-opra ma tkunx accettabbli u ezenti minn kull difformita`. Hu biss meta l-opra tirrizulta sodisfacenti illi l-appaltatur ikollu jedd jircievi l-hlas.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta