Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Fil-Qosor
Huwa pacifikament accettat fil-qasam tad-drittijiet tal-persuna illi l-principju regolatur, s'intendi fost drittijiet ohra, hu dak tad-dritt ghall-harsien tar-reputazzjoni personali. Reputazzjoni dintutelata kemm Kostituzzjonalment (Art 41(2)(ii) kif ukoll taht il-Konvenzjoni Ewropea (Art 10 ta' l-Ewwel Skeda tal-Kap 319) li expressis jaghmlu referenza ghall-harsien tar-"reputazzjonijiet, drittijiet u libertajiet ta' persuni ohra". Drittijiet dawn li wiehed ghandu ragonevolment jassumi li huma dawk tal-persuna umana fl-aspetti integrattivi taghhom fir-realtajiet socjali; ad exemplum, id-dritt tal-imaggini, tal-isem u tal-prestigju. Naturalment dawn id-drittijiet individwali jridu jigu mizurati mad-dritt daqstant iehor fundamentali tal-manifestazzjoni libera tal-espressjoni, hekkukoll garantita mil-ligijiet u minn normi fuq imsemmija. Fl-ezami ta' dawn id-drittijiet l-interpretu ghandu jtendi biex izomm bilancjament xieraq bejn l-interess individwali ghar-reputazzjoniu l-interess ghal manifestazzjoni hielsa tal-hsieb. Dan l-istess bilancjament jikkostitwixxi difatti dibattitu vivaci fil-gurisprudenza, kemm dik lokali kemm dik estera li ghaliha l-istess appellantjirrikorri bhala tema ispiratrici tal-aggravju tieghu. Gurisprudenza li, kif a propozitu gie osservat, tapprofondixxi "il-bilanc li kellu jkun hemm bejn l-interess tal-individwu li jipprotegi r-reputazzjoni professjonali u l-integrita` tal-karattru tieghu, u l-interess pubbliku li jkun informat fuqmaterji li legittimament kienu jolqtu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar materji gravi li jikkoncernaw l-opinjoni pubblika". Dan l-aspett taz-zamma tal-proporzjonalita`, hu kombacjat mal-aspett l-iehor, ukoll zviluppat fil-gurisprudenza, illi "l-espressjoni demokaratika tinhtieg li tinghata l-aktar spazju possibbli fil-konfront ta' l-operat ta' figuri pubblici li kellhom ikunu soggettighall-iskrutinju ta' stampa hielsa, anke jekk dan ikun a skapitu ta' skonfort u nkonvenjenza ghal dawn il-persuni li lejhom tkun immirata. Kif rilevat, "fil-konfront taghhom hafna issa hu iktar tollerat minn qabel in omagg tal-principju illi d-dibattitu politiku fuq materji ta' interess kellu jinghata spazju mill-aktar wiesa' anke jekk a skapitu ta' nkonvenjenza anke gravi lill-persuni pubblicinvoluti b'konsegwenza ta' kritika harxa, wkoll kultant ingusta. Dan premess, jidher li l-kriterji l-aktar segwiti ghall-iskop tar-rapprezentazzjoni tad-drittijiet involuti fil-materja hawn ezaminata u tad-determinazzjoni tal-fatt denunzjat mill-attur lli hassu aggravat bix-xandira huma, inter alia, 1) ir-rikostruzzjoni storika tal-fatti li f'dan il-kaz tinsab sew esposta fis-sentenza appellata u mhux il-kaz allura li terga' tigi replikata; 2) il-valutazzjoni tal-kontenut tal-pubblikazzjoni ossija x-xandira, kompriz allura f'din l-istess valutazzjoni l-accertament fil-konkret ta' xi attitudini offensiva tal-espressjonijiet u tal-kliem uzat fl-ezercizzju tad-dritt tal-kritika. 3) l-ezistenza ta' xi ezimenti mir-responsabilita` civili ghad-danni. Hija regola dottrinali tal-materja agitata, konfermata wkoll mill-gurisprudenza, illi d-divulgazzjoni ta' ahbar permezz ta' stampat jew pubblikazzjoni hi konsiderata bhala ezercizzju lecitu tad-dritt tal-kronaka. Dan l-ezercizzju pero` jibqa' hekk lecitu sakemm jikkorrispondu u jikkonvergu fih dawn l-osservanzi principali: 1) il-verita` tal-fatti esposti rizultanti minn ricerka serja, diligenti u kompleta; 2) ir-rakkont irid ikun necessarju ghas-sodisfacentement tal-interess pubbliku li jkun mgharraf b'fatti determinati ta' rilevanza politika jew socjali; 3) il-kritika trid tkun mizmuma f'termini korretti u mizurati b'mod li ma titraxxendiex f'aggressjoni personali jew invettiva. Din kienet kawza ta' libell fejn il-pubblikazzjoni libelluza kienet rapport ta' dibattitu parlamentari. Il-konvenut appellant iddefenda ruhu fuq id-dispost ta' l-Artikolu 33(c) tal-Kap248 li titratta minn ezenzjoni tar-responsabilita` fil-kaz ta': "pubblikazzjonijiet ta' rapporti bona fidi ta' dibattiti tal-Kamra tad-Deputati, kemm-il darba tkun pubblikata l-parti rilevantitad-dibattiment, u ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi traskuragni mbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun giet attakkata;" Din il-protezzjoni, statutorjament akkordata, hi soggetta ghal kwalifika kontenuta fl-istess subinciz (c), jigifieri, "kemm il-darba tkun pubblikata l-parti rilevanti tad-dibattiment, u ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi tarskuragni mbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun giet attakkata". Din ix-xorta ta' privilegg assolut ma huwiex estendibbli ghall-pubblikazzjoni ta' dibattitu Parlamentari f'gurnali izda biss fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet ufficcjali tal-Kamra tad-Deputati. Gie ritenut li "Sakemm ir-rapport ikun "fair andaccurate" wiehed ma jistax jaddebita malafede lill-editur. L-istess in-nuqqas ta' pubblikazzjoni ta' parti rilevanti tad-dibattitu jista' jwassal ghall-konkluzjoni li r-rapport ma kienx fair and accurate, imma l-editur ma ghandu l-ebda obbligu li jipprokura bilanc jew li jippubblika gustifikazzjonijiet jew risposta ghall-allegata ingurja, aliunde jekk dan ma jirrizultax mid-dibattitu innifsu. Fuq kollox, u dan hu forsi l-aktar rilevanti ghall-kaz in ezami, meta l-ligi titkellem dwar li jrid jigi assigurat li ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi traskuragni, imbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun qed tigi attakkata, il-ligi qed titkellem biss fil-konfront tad-dibattitu parlamentari li qed jigi rrapurtat. Dan ifisser li l-privilegg kwalifikat jista' jintilef u l-editur u l-istampatur jesponu ruhhom ghall-azzjoni civili jew kriminali, fil-kaz fejn b'malizzja jew traskuragni jonqsu milli jirraportaw xi parti mid-dibattitu fejn il-persuna attakkata jew ingurjata tkun giet b'xi mod difiza u dana jew minn min ikun qed jaghmel l-akkuza, jew minn haddiehor fil-Kamra. Dan in-nuqqas ovvjament jikkreja zbilanc, bi pregudizzju ghal persuna li tkun giet attakkata u ingurjata, u hu ghalhekk azzjonabbli."