Reference: 116/2000/1

Judgement Details


Date
16/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MICALLEF PAUL vs MIFSUD JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KAP 12; ARTIKOLU 231 - KERA; KIRJA TAL-FOND LIL TERZ
Summary
B'rikors ipprezentat fl-20 ta' Settembru, 2000 quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera, ir-rikorrent Paul Micallef ippremetta li huwa jikri lill-intimat il-fond adebit bhala hanut numru 18, Rue D'Argens,Msida, versu l-kera ta' LM200 fis-sena, jithallas kull sena bil-quddiem, l-ahhar skadenza ghalqet fit-13 ta' Dicembru, 1999; illi l-intimat kiser il-kondizzjonijiet lokatizji billi ssulloka u/jew cedal-fond lil terzi u dana minghajr il-kunsens tas-sid; ghalhekk talab li l-Bord joghgbu jawtorizzah jirriprendi pussess tal-fond u li jiffissa lill-intimat terminu qasir u perentorju ghall-izgumbramenttieghu minnu.

Il-Bord li Jirregola l-Kera cahad it-talba (tal-intimat) maghmula.L-intimat hass ruhu aggravat bis-sentenza u ghalhekk b'rikors talab li din il-Qorti joghgobha tirrevoka s-sentenza moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera u tordna li tigi milqughha t-talba tieghu sabiex jipprezenta r-risposta ulterjuri tieghu.

Din il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat illi kif sewwa irrileval-appellat fir-risposta tieghu, hemm impediment legittimu ghall-prosegwiment ta' dan l-appell billil-appell gie rritwalment propost in kwantu jmur kontra dak mahsub fl-Artikolu 231 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta. L-artikolu 231 citat jiddisponi hekk:-

“(1) Jekk diversi kwistjonijiet f'kawza jinqatghu b'sentenzi separati, jista' jsir appell minn kull wahda minn dawk is-sentenzi wara s-sentenza finali u fiz-zmien li jmiss li jibqa' jghodd mill-jum meta tinghata l-ahhar sentenza; u f'dak l-appell ghandhom jissemmew espressament is-sentenza jew sentenzi li minnhom isir appell:

Izda appell minn dawk is-sentenzi separati jista' jsir qabel l-ahhar sentenza biss bil-permess tal-qorti moghti fil-qorti bil-miftuh; (sottolinear tal-Qorti), u din it-talba ghall-permess biex isir appell ghandha ssir jew verbalment meta tinghatha s-sentenza jew b'rikors fi zmien sitt ijiem minn dikis-sentenza.”

Mill-atti processwali ma jirrizultax li l-intimat ottempera ruhu ma' din id-disposizzjoni billi la jirrizulta li saret talba dak inhar li inghatat is-sentenza u lanqas ma jidherli hemm rikors kif jinghad fl-Artikolu fuq imsemmi.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi li l-appell huwa irritu u null u din il-Qorti ma tistax tezamina l-meritu tal-appell. Konsegwentement tiddikjara l-appell null bl-ispejjez ghall-appellant u tirrimetti l-atti tal-kawza quddiemil-Bord li Jirregola l-Kera sabiex din tigi trattata u deciza skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info