Reference: 3/2002/1

Judgement Details


Date
26/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GOZO CONSOLIDATED BUILDING CONTRACTORS L vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` AGIR ULTRA VIRES - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POLICIES VIGENTI FIZ-ZMIEN META TIGI DECIZA L-APPLIKAZZJONI HUMA DAWK APPLIKABBLI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP
Summary
Il-ligijiet u l-'policies' li ghandhom jigu applikati huma dawk vigenti fil-mument meta tittiehed id-decizjoni.

Fil-kompetenza taghha bhala Qorti ta' l-appell minn decizjoni tal-Bord ta' l-appell ta' l-Ippjanar il-Qorti ta' l-Appell qatt ma tista' tigi mitluba sabiex taghmel ezercizzju ta' stharrig gudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, stante li dan l-istharrig fil-maggoranza tal-kazi jinkludi ezami kemm tal-fatti esposti fil-kaz in partikolari, kif wkoll tal-ligi applikabbli, u dan apparti li r-rimedji ghall-istess a differenza minn dak quddiem din il-Qorti huma wkoll ben differentikif jista' jigi indikat bhala ezempju mill-artikolu 469A (5) li jikkontempla wkoll talbiet ta' danni, apparti n-nullita' ta' l-istess att amministrattiv.

In vece f'din il-veste il-Qorti ta' l-Appell qed tagixxi biss bhala Qorti tat-tieni istanza u anke l-ezami taghha huwa hekk limitat fid-dispozizzjoni ta' l-artikolu 15 (1) tal-Kap 356, b'mod li hija tista' biss tezamina d-decizjoni tal-Bord ta' l-appell ta' l-Ippjanar fuq punti ta' ligi decizi mill-Bord, b'dan ghalhekk li r-rikors lejndin il-Qorti taht il-Kap 356 u l-azzjoni quddiem il-Qrati ordinarji taht id-dispozizzjonijiet ta' l-artikolu 469A tal-Kap 12 huma ghal kollox differenti u distinti minn xulxin, u certament li wahda maghandha qatt telimina jew tissostwixxi ruhha ghal ohra, anke peress li z-zewg azzjonijiet, flimkienma' ohrajn, huma disponibbli ghal kull persuna, kollox skond in-natura tal-lamentela jew aggravju taghha, skond ir-regoli rispettivi, inkluz procedura u principji sostantivi, u r-rimedji differenti li japplikaw ghal kull kaz in partikolari, li huwa mpossibbli li jigu elenkati kollha f'din is-sentenza.

Ghalhekk dak li huwa ta' importanza massima ghal din il-vertenza huwa li l-kuncett ta' ultra vires huwa wiehed ta' applikazzjoni amministrattiva, u ghandu dejjem jingieb quddiem il-Qorti kompetenti, li ma hijiex din il-Qorti, skond ir-regoli u d-dispozizzjonijiet tal-ligi applikabbli inkluz il-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, u ghalhekk insenjamenti tas-sentenza fuq citata ghandhom dejjemjinqraw f'dan il-kuntest.

L-artikolu 469(A) tal-Kap.12, biex jigi interpretat gustament, m'ghandux jinghata interpretazzjoni restrittiva. L-eskluzzjoni tal-gurisdizzjoni tal-Qorti biex tistharreg l-ghemil amministrattiv tkun gustifikata biss jekk il-Qorti tkun sodisfatta li fil-prattika persuna kellha rimedju effikaci u adegwat verament disponibbli ghaliha u hija irragonevolment ma tutilizzax tali proceduri disponibbli. Fil-kawza fuq imsemmija l-Qorti ta' l-Appell kienet cahdet eccezzjoni ta' nuqqas ta' gurisdizzjoni imqajma mill-Awtorità ta' l-Ippjanar u ordnat li l-atti jintbaghtulura lill-ewwel Qorti sabiex il-kawza tkompli tinstema` skond il-ligi.

Dan ma jfissirx li majistax ikun hemm kazi fejn il-fattispecie tal-kaz jkunu jaghtu azzjoni lil dak li jkun kemm taht id-dispozizzjojnijiet ta' l-artikolu 469A tal-Kap 12, kif ukoll rimedju ta' appell taht id-dispozizzjonijiet ta' l-artikolu 15 (1) tal-Kap 356, bhal fil-kaz meta l-ultra vires tkun tikkonsisti fl-allegazzjoni li punt ta' dritt jew ligi gie applikat hazin, ghaliex awtorita' koncernata tkun ghamlet xi haga kontra id-dispozizzjonijiet tal-ligi, b'mod li agixxiet oltre l-poteri lilha moghtija bl-istess,u dan l-istess punt ta' ligi ikun deciz fid-decizjoni ta' l-istess awtorita', pero' f'dan il-kaz l-ebda azzjoni ma toqtol jew tissostitwixxi lill-ohra, b'mod li jibqghu zewg azzjonijiet distinti, trattati taht principji differenti, u f'fora distinti w indipendenti minn xulxin, bir-regoli taghhom precizi, li naturalment ma humiex l-istess.

Anke jekk d-Direttorat ta' l-Awtorita' jew xi organuiehor ta' l-istess Awtorita', minghajr ma' jsegwi l-ligi f'dak li huwa formulazzjoni ta' policies jbiddel l-ideja tieghu dwar xi sit, kif jidher li ghamel f'dan I-kaz, id-Directorate Transport Unit,dan certament ma jammontax ghal bdil ta' policy skond il-ligi. Sabiex policy ta' l-ippjanar kontenuta fit-temporary provision schemes tinbidel ghandha tintuza l-procedura stabilita mill-Ligi ghal danil-ghan.

Il-konkluzzjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar li zvilupp huwa prematur u liwiehed kellu jistenna li jigi redatt il-Pjan ta' Struttura dwar Ghawdex, huwa non seqitur mill-puntodi vista legali stante li l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, bhal l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bhal din il-Qorti, u bhal kulhadd, huma obbligati li josservaw il-ligi vigenti dakinhar li tkun ser tigi deciza l-istess applikazzjoni, b'dan li l-ligijiet li kienu jezistu qabel u dak li jista' jinbidel fil-futur b'ligi ad hoc, (li hadd ma jaf x'inhi), ma humiex relevanti ghall-kwistjoni. Dan ifisser li bhal kull kamp ta' ligi ohra, trid tigi applikata biss il-ligi vigenti u operativa fid-data tad-decizjoni, tali ligi biss kif promulgata abbazi ta' dak permess fil-Kap 356 u dak kollu applikabbli skond l-istess Kap. Kull konkluzjoni ohra, tmur kontra l-principju tar-Rule of Law, apparti li thalli lil minn jirrikori ghall-esekuzzjoni u l-applikazzjoni tal-Ligi fi stat ta' ncertezza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info