Referenza: 86/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DELIA ALFRED vs SEG PER U DIR DIP TOROQ MIN XOGHOL U KOS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN GHAL XOGHOLIJIET PUBBLICI - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, EVITABILITA` TA` - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA` - PROVA, FUQ MIN JAQA` L-ONERU FIL-KAZ TA` ALLEGAZZJONI TA` FORZA MAGGURI
Fil-Qosor
L-Artikolu 1029 tal-Kodici Civili jipprovdi li "kull hsara li tigri b'accident jew b'forza magguri,ibatiha, fin-nuqqas ta' disposizzjoni espressa tal-ligi li tghid il-kuntrarju, dak illi fuq il-persuna jew il-beni tieghu tigri l-hsara". Dan id-dispost jattalja ma' dak generali dwar l-effetti tal-obbligazzjonijiet, ex-Artikolu 1134.

Kif pacifikament akkolt mill-gurisprudenza taghna fuq is-suggett il-"forza magguri" hija dik il-forza li ghaliha huwa mpossibbli li wiehed jirrezisti, mentril-"kaz fortuwitu" huwa dak l-avveniment li ma setax ikun prevedut minn persuna ta' ordinarja diligenza.

Biex ikun hemm il-kaz fortuwitu jrid ikun hemm event li ma jiddependix mill-fatt tad-debitur, event imprevedibbli u inevitabbli. Ghall-applikazzjoni tal-prevedibilita` jew imprevedibilita` ta' l-event ghandha tigi applikata t-teorija tad-diligenza tal-"bonus pater familias", li fin-nuqqas taghha ggib il-"colpa" tad-debitur, li allura jiznatura l-koncett tal-"forza maggiore".

Premessi dawn il-konsiderazzjonijiet ta' dritt fuq il-materja huwa konkordament ricevut illi "l-provatal-forza magguri jew tal-kaz fortuwitu ghandu jaghmilha d-debitur".

Huwa fatt maghruf f'pajjizna illi taghmel ix-xita u kultant anke xita qawwija u kontinwa. Huwa pubblikament notorju wkollilli meta s-sistema tal-kanali tad-drenagg ma tlahhaqx mal-volum tal-ilma tax-xita jfuru t-tappierib'mod li bil-pressa dawn jinqalghu minn posthom. Dan hu ben saput u m'hemmx il-htiega tal-ebda prova pozittiva f'dan il-kuntest.

Jekk dan hu hekk ma jistax ikun dubitat illi allura l-amministrazzjoni pubblika, proprjetarja tat-triq u tas-servizzi l-ohra sitwati fit-triq, hi tenuta tipprevedisitwazzjonijiet determinanti, anke perikoluzi, meta jsehhu certi fenomeni atmosferici. Oggettivament allura l-perikolu jew insidju fit-triq ghall-utent seta' wkoll, la prevedibbli, jigi evitat. Kifgja manifest l-piz tal-prova kien jinkombi f'dan il-kaz fuq il-konvenuti appellati billi kienu humali kkontraponew ghat-talba tal-attur appellanti d-difiza tal-forza magguri. Huma htiegilhom allurajiddemostraw bi prova pozittiva illi hadu l-passi rimedjali, effikaci u effettivi, biex jiskansaw kull dannu possibbli lill-utent. Wiehed ma jistax jikkontenta ruhu billi sempliciment jiddefendi ruhu bid-difiza tal-forza magguri minghajr ma jaghmel xejn aktar u lanqas ma jgib l-ebda prova li turili hu kien ha provvedimenti adegwati biex jiskongura ghall-event.

Gjaladarba kienet konoxxutal-ezistenza objettiva tal-perikolu bil-fatt tal-qlugh minn posthom tat-tappieri fl-event tax-xita hafna, dan iwassal, b'ragunament, ghall-accertazzjoni illi dan l-istess perikolu seta' jigi evitat.L-event dannuz hu dovut ghal kondotta kolpuza ommissiva tal-awtorita` pubblika f'sitwazzjoni prevedibbli u li setghet, b'ghaqal u b'diligenza ordinarja preventiva, tevita d-dannu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni