Reference: 1890/2000/2

Judgement Details


Date
11/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
GRECH JOSEF vs TESTA JOANNE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GHERUSIJA, DANNI MATERJALI - GHERUSIJA, DANNI MORALI - GHERUSIJA, ELEMENTI TAL-AZZJONI GHAD-DANNI - GHERUSIJA, MHUX BIL-MIKTUB - GHERUSIJA, RAGUNI VALIDA GHAT-THASSIR TA` - GHERUSIJA, RIGALI MOGHTIJA IN KONTEMPLAZZJONI TAZ-ZWIEG - GHERUSIJA, THASSIR TA`
Summary
Biex l-azzjoni ghad-danni konsegwenti ghat-thassir ta' gherusija tirnexxi jehtieg li jikkonkorru s-segwenti fatturi: [1] l-esistenza ta' gherusija; [2] reziliment ingust da parti tal-konvenuta; u [3]danni materjali konsegwenza ta' dan ir-reziliment.

Biex jinghad li hemm gherusija mhux mehtieg li jkun hemm kuntratt formali ta' gherusija jew li jkun gie moghti c-curkett [bhala arrha sponsalia] jew li jkun hemm l-istipulazzjoni taz-zmien tac-celebrazzjoni taz-zwieg, jew il-konjizzjoni jew il-kunsens tal-genituri. Dak li hu mehtieg hija l-kapacita' tal-partijiet li jikkuntrattaw l-gherusija; u din il-kapacita' hija dik stess li wiehed jista' jikkuntratta z-zwieg.

l-kawza gusta li taghtilok ghar-resiliment tal-gherusija ghandha tigi ravvista f' ostakolu jew impediment ta' natura gravi u jrid jkun fondat u imprevvidibbli .. qualche cosa che mi avrebbe impedito di contrarli sel' avessi prevista. L-incident soppraggiunt irid ikun ta' gravita' konsiderevoli li jiskonfina fil-forza maggiore.

Guridikament il-weghda taz-zwieg tikkostitwixxi veru proprju kuntratt bilaterali u ghalhekk wiehed mill-effetti tieghu huwa li ma jistax jithassar hlief bil-kunsens reciproku tal-partijiet u ghar-ragunijiet maghrufin fil-ligi [Art.992 Kap.16]. Ir-rizoluzzjoni ta' kuntratt hijahaga serja u jista' jkollha konsegwenzi dizastrusi ghall-kontraenti stante li r-revoka ta' konvenzjoni tfisser li din tigi mhassra retroattivament bhal li kieku qatt ma ezistiet.

Il-fatt li persuna ma tantx tkun konvinta li tkun trid tizzewweg u ghalhekk thassar l-gherusija ma jammontax ghalraguni valida kif fuq indikat u ghalhekk jesponi lil tali persuna ghad-danni.

Illi f' materja ta' danni, f' kazijet ta' thassir ta' gherusija ghandha ssir distinzjoni bejn danni morali u dannimaterjali stante li dawn iz-zewg figuri guridici jemanu minn ligijiet differenti.

L-iskop tal-Kap.5 huwa l-introduzzjoni ta' rimedju ghar-risarciment tad-danni morali ossia un compenso dell' ingiuria sofferta konsegwenza tal-ksur tal-weghda taz-zwieg liema somma hija likwidabbili mill-Qorti;izda ghalkemm ghall-applikazzjoni ta' din il-ligi jehtieg li l-promessa tkun saret bil-miktub kifjiddetta l-Artikolu 1233[g] tal-Kap.12, il-mankanza ta' skrittura ma tirrendix inammissibbli azzjonighad-danni materjali effettivament sofferti konsegwenzjalment ghall ingiusta azione tal-kolpevoli,stante li d-dritt ghal dawn id-danni jemani minn ligi diversa.

Filwaqt li r-rigali kontemplati fl-Artikolu 1808 u cioe' dawk moghtija fl-okkazzjoni taz-zwieg jibqghu ta' min jaghmilhom, u min jircevihom ghandu biss juzahom waqt iz-zwieg; fil-kaz tad-donazzjonijiet indikati fl-Artikolu 1809,moghtija b' kontemplazzjoni taz-zwieg, il-kelma 'donazzjoni' ghandha tiftiehm fis-sens guridiku taghha, cioe' tal-passagg tal-proprjeta' minn wiehed ghall-iehor. Izda d-donazzjoni hija subordinata ghall-fat li jsir iz-zwieg, f' liema kaz il-proprjeta' tghaddi mid-donatarju lid-donant. F' dan is-sens l-Art.1809 m' hux haga ohra hlief l-applikazzjoni tar-regola tad-dritt li jekk il-kondizzjoni massirx minhabba l-htija tad-donanti, allura din titqies li avverat ruhha [Artikolu 1606].




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info