Fil-Qosor
F'kaz ta' self (b'differenza tar-regola fil-kaz ta` overdraft) mhux permissibbli ghal bank kummercjali li jikapitalizza l-imghax jekk mhux bil-mod li tistabilixxi l-ligi fl-artikolu 1142 tal-Kodici Civili. Jista' jkun li, b'dan il-metodu, f'certi cirkostanzi, l-ammont talvolta dovuta tista' tkun akbar mis-somma li tkun dovuta li kieku l-komputazzjoni ssir bil-procedura normali li jadottaw il-banek, pero', il-principju ghandu jkun li f'kaz ta' self, l-imghaxijiet ghandhom dejjem jinhadmu bis-sistema li timponi l-ligi fil-Kodici Civili. F'kaz ta' self, ma jista' jkun hemm ebda prattika li jista' jkollha n-natura ta' consuetudo abrogatoria, u kwindi l-kont ghandu jinhadem b'sistema normali u,kif trid il-ligi, bil-hlasijiet akkont li jsiru jkunu addebitati, fl-ewwel lok, lill-imghax, u waralill-kapital.
Meta, f'kaz ta' overdraft, ikun hemm call-in mill-Bank, l-imghax ma jistax jibqa jinhadem skond il-prattika bankarja, izda jrid jinhadem bis-sistema normali stabbilit fil-KodiciCivili. Dan inghad peress li, meta l-Bank jaghmel call-in, l-overdraft ma tibqax in operazzjoni, u l-klient ma jibqalux il-facilita' li johrog izjed cekkijiet fuq dak il-kont. Il-kont, mal-call-in, isir kont ta' debitu normali, u l-imghax irid jinhadem bis-sistema kontemplata fil-ligi.
Il-fatt li, f'dawn l-ahhar zmienijiet, il-Bank Centrali ta' Malta kien gie awtorizzat, b'legislazzjoni adhoc, li jippermetti lill-bank kummercjali jimponu imghax akbar mit-8% kontemplat fil-ligi civili, majfissirx li l-uzura m'ghadhiex mistmerra u meqjusa bhala li tmur kontra l-ordni pubbliku. Tant l-uzura saret konsiderata serja u kontra l-ordni pubbliku li bl-att III tal-2002, il-legislatur introduca artikolu gdid fil-Kodici Kriminali, l-artikolu 298C, li in forza taghha l-uzura giet introdotta bhala reat gdid taht il-kapitolu li jittratta l-Frodi. Il-fatt li l-banek biss huma awtorizzati jitolbu imghax ghola (u dan dejjem taht il-kontroll tal-Bank Centrali) ikompli jafferma b'liema kawtelali l-iStat ihares lejn l-imghaxijiet fl-interess tas-socjeta' in generali.
Inoltre, l-artikolu 38 tal-att dwar il-Bank Centrali ta' Malta (Kap 204) jippermetti biss imghax oghla mit-8%, izda majippermettix kalkolu ta' imghax differenti minn dak kontemplat fil-Kodici Civili. Dan l-artikolu,fil-fatt jghid:
38 Minkejja kull haga li tinsab f'xi ligi ohra, istituzzjonijiet ta' kredituu finanzjarju jistghu jistabbilixxu r-rata ta' mghax li tithallas fuq depozitu mizmuma minn istituzzjonijiet ta' kreditu, u r-rata ta' mghax li huma jistghu jzommu fuq self, avvanzi u kull facilita' ta' kreditu ohra kif ukoll il-hrug ta' obbligazzjonijiet jew stocks ta' obbligazzjonijiet jew strumenti ohra li joholqu jew li jirrikonoxxu debitu.
Meta l-artikolu 1852, li jorbot ir-rata tal-imghax mal-percentagg ta' 8%, kien gie emendat billi l-ewwel b'zieda tas-subartikolu (4), li kienet tippermetti lill-bank jisilfu b'rata oghla mit-8%, u mbaghad b'zieda tas-subartikolu (5), li jqies validu ftehim b'rata ta' imghax oghla mit-8%, meta dak il-ftehim ikun regolat b'ligi ta' pajjiz li mhuxMalta, l-artikolu 1850 li espressament jipprojbixxi kalkolu ta' imghax komposti differimenti minn dak kontemplat fl-istess Kodici Civili, ma giex minsux. Kif ga intwera l-artikolu 1850(3) taghmilhacara meta tghid li "kull ftehim iehor ta' mghaxxijiet fuq imghaxxijiet, ma jiswiex" u ma kemm ebdaligi ohra, la l-Kapitolu 204 indikat, u l-anqas l-att XV tal-1997 dwar il-Kummerc Bankarju (Kap 371)li jippermetti kalkolu ta' imghax mod iehor. Il-kwistjoni tal-imghaxxijiet komposti baqghet l-istess, nonostante l-bidliet kbar li saru fil-kamp finanzjarju tal-pajjiz, u meta l-ligi, b'mod espress,tipprojbixxi method ta' kalkolu differenti minn dak kodifikat, dik il-ligi ma tistax tkun hlief wahda ta' ordni pubbliku li ma tippermettix konswetudini kontra taghha.
Il-Kodici tal-Kummerc (Kap 13), jiddefinixxi l-kont kurrenti b'dan il-mod:
"264. Il-kont kurrent hu kuntratt li bih zewg persuni jiftiehmu li r-rimessi ta' xulxin jigu mnizzlin f'kont bhala partiti ta' dejn u ta' kreditu, bl-obbligu tal-parti li kontra taghha jinsab bilanc meta jinghalaq il-kont li thallas dak il-bilanc"
F'dan il-kaz, ma sarx ftehim simili izda sar ftehim normali ta' self b'differenza li flok il-flus inghataw lil min jissellef f'daqqa, jistghu wkoll jinghatawlu f'diversi pagamenti, a diskrezzjoni tal-Bank. Il-kuntratt, pero' xorta jibqa' wiehed ta' self, ghax id-debitur m'inghatax il-fakulta' li skond il-htigijiet tieghu, joverdrowja l-kont sa certu limitu. Kont ta' overdraft irid jikkontrollah il-klient, u mhux il-Bank, u l-fatt li l-Bank, f'dan il-kuntratt, kompla zamm kontrollfuq kif l-ammonti mislufa setghu jigu zbankati, ikompli jindika li t-transazzjoni ma kienetx wahda ta' kont kurrent.