Referenza: 88/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MICALLEF WALLACE ET vs DEGIORGIO CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA MHUX NECESSARJAMENT TIMPLIKA AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI - LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SAR TIBDIL FL-UZU TAL-FOND - LOKAZZJONI, META HANUT JINFETAH SPORADIKAMENT - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` STORE - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` STORE TAHT IL-KAP. 69
Fil-Qosor
Il-kelma "store" ghandha karatteristici distinti minn dawk ta' hanut veru u proprju, u li allura fil-kaz ta' store jista' jigi kondott negozju minnu anke jekk ma jkunx miftuh ghal klijentela.

Jekk jirrizulta li l-fond mikri bhala store naqas ghal zmien indefinit li jigi uzat bhala tali danil-fatt jekk ma jkunx hemm xi gustifikazzjoni fic-cirkostanzi specjali tal-kaz, jammonta ghal tibdilfid-destinazzjoni tal-fond; ghax biex fond ikollu u jibqa' jgawdi l-protezzjoni specjali li l-ligitaghti lill-"hanut" jehtieg li jkun u jibqa' uzat bhala tali.

Huwa desumibbli minn dan illi in kwantu "hanut" store jimporta allura attivita` kummercjali fih anke jekk perjodika jew fuq skala ridotta. Dak li jidher invece li hu projbit hu li l-uzu tal-fond u l-ezercizzju tan-negozju u tal-bejgh minnu jsir bhala haga sporadika jew, fi kliem l-appellanti, skond l-aptit. Hu proprju dan li jiddenota l-abbandun tal-fond.

L-inazzjoni da parte tas-sid ghal tul ta' zmien bil-konsapevolezza tat-tibdil li sar fl-uzu tikkostitwixxi akkweixxenza jew ghall-anqas tolleranza. Daqstant iehorpero` hu veru wkoll illi jista' jkun hemm kazijiet li fihom ix-xjenza u l-pacenzja tal-lokatur ma tfisserx ratifika jew adezjoni.

Dan japplika kemm ghal kambjament parzjali tal-fond kif ukoll fejn ikun jirrizulta n-non uzu.

Il-fatt li s-sidien komplew jircievu l-kera ma jfisserx 'per se' illi huma kienu kuntenti li l-kerrej taghhom jiznatura l-oggett tal-kirja kummercjali tal-fond. Il-konsapevolezza u l-pacenzja tas-sid dwar xi abbuz ta' l-inkwilin ma jistghux jittiehdu bhala li jfissru li dak l-abbuz ikun sar dritt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni