eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 794/2001/1
Download
Judgement Details
Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGRICULTURAL CO-OPERATIVE LIMITED vs AXISA PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
AGRICULTURAL CO-OPERATIVE LIMITED vs AXISA PETER - 794/2001/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
SENTENZA, ANKI FI PROCEDURI SOMMARJI SENTENZA GHANDHA TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Summary
In-nullita` ta' l-atti gudizzjarji - u f'dawn hemm kontemplati wkoll id-digrieti u s-sentenzi tat-tribunali hi tassattivament regolata bl-Artikoli 789 u 790 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili.
L-Artikolu 23 tal-Kap 12 jiddisponi li "l-parti operattiva tas-sentenza ghandha tinkludi talbiet jew l-eccezzjonijiet li jkunu gew decizi u kull dikjarazzjoni mahsuba li tkun konklussivajew vinkolanti".
Dan id-dispost tal-ligi jrid jinqara unitament ma' l-Artikolu 218 tal-istess Kodici li jipprovdi li "fis-sentenza ghandhom qabel xejn jinghataw ir-ragunijiet li fuqhom il-qorti tkun ibbazat id-decizjoni taghha, u ghandu jkun hemm fiha wkoll riferenza ghall-procedimenti, ghat-talbiet ta' l-attur u ghall-eccezzjonijiet tal-konvenut."
Issa huwa principju maghruf illi l-volonta` tal-gudikant tista' tittiehed anki mill-konsiderandi tas-sentenza, u li d-disposittiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni, izda ghandu jigi minn din definit u spjegat. Dan ghaliex kif drabi ohra ritenut "jista' jkun hemm konstatazzjoni jew dikjarazzjoni f'sentenza li ma tkunx qeghda fil-parti dizpozitiva, izda tkun f'parti ohra tas-sentenza, izda mill-konstatazzjoni taghha u min-natura taghha, u mill-mod kif il-Qorti tkun esprimiet ruhha fuqha, jkun jidher illi din hijavera dikjarazzjoni li ghamlet il-Qorti".
Kif inhu bil-wisq risaput, "fil-maggor parti tal-kazijiet il-parti konkluzjonali tas-sentenza tirrijagruppa kull ma jkun gie deciz, anke kultant b'xi referenzi ghal jew ripetizzjonijiet kwazi superfluwi "ex abundantia cautela" tal-konstatazzjonijiet,decizjonijiet jew effettivi ga nseriti fil-premessi jew motivazzjonijiet". L-importanti hu li "l-konkluzjoni finali ma tkunx kontradittorja mad-dikjarazzjonijiet li jkun hemm fil-parti razzjonali u li dawn ikunu almenu intelligibbli anke jekk mhux dettaljati."
Dak li maggorment jitqies vitali hu li s-sentenza tkun verament investiet il-meritu tat-talbiet kif proposti u l-eccezzjonijiet ghalihom. Mhux bizzejjed allura li tintuza fil-parti disposittiva l-espressjoni generika tac-cahda tat-talbiet jew tal-eccezzjonijiet ghax din certament ma tissodisfax fl-aspett kollu tieghu il-vot tal-ligi fl-Artikolu 218.
Il-motivazzjoni hi ta' essenza tal-gudizzju u ma jistghax jinghad allura illi jkun qed jidher li ssir gustizzja mal-partijiet jekk dawn ma jinghatawx is-sodisfazzjon minimu tar-raguni li tkun wasslet lill-gudikant ghad-decizjoni tieghu. Dan ighodd ghat-tribunali kollha,gudizzjarji, kwazi gudizzjarji jew amministrattivi.
Il-process kellu jiggarantixxi mhux bisssmiegh xieraq lill-partijiet izda wkoll li dawn ikunu jafu r-raguni ghaliex it-talbiet u/jew l-eccezzjonijiet ikunu qed jigu milqugha jew michuda. Dan hu bil-wisq fondamentali fid-determinazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi civili tal-individwi u allura tal-harsien kostituzzjonali u konvenzjonalitaghhom. Proprju "d-difett li jippregudika l-jedd ta' smiegh xieraq" precizat fl-Artikolu 790 tal-Kap 12 huwa intiz mhux biss biex tigi assigurata t-trasparenza tal-gudizzju imma wkoll biex tkun tista' tigi verifikata l-gustizzja tal-gudikat. Ghal dan ukoll hu imprexxindibilment mehtieg illi s-sentenza tissodisfa l-element ta' motivazzjoni bazika li l-appellant kellu dritt ghaliha fid-decizjoni. Decizjoni li kellha tikkontjeni b'necessita` ritwali konstatazzjonijiet u dikjarazzjonijiet dwar"i punti formali e principali dell'azione e dell'eccezione". Kuntrarjament ghal dak sostenut mis-socjeta` appellata fir-risposta taghha ghall-aggravju hawn ezaminat, id-decide wahidha tad-decizjoni appellata, kif redatta, ma kienetx tissodisfa l-minimu ta' motivazzjoni li l-ligi tehtieg.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It