eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 332/2002/1
Download
Judgement Details
Date
29/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CARABOTT CHRISTOPHER NOE vs SYNERGENE TECHNOLOGIES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
CARABOTT CHRISTOPHER NOE vs SYNERGENE TECHNOLOGIES LTD - 332/2002/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
BEJGH, KONSENJA F`BICCIET - BEJGH, META L-VENDITUR JISTA` JIRRIFJUTA L-KONSENJA
Summary
Fil-kaz ta' bejgh fejn il-konsenja tal-merkanzija tigi maqsuma f'numru ta' konsenji individwali kemmjekk il-hlas ikun irid isir ma' kull konsenja jew mod iehorma tistax tigi stabilita regola fissa ghar-risoluzzjoni tal-kuntratt shih meta wahda mill-partijiet tonqos mill-obbligi taghha fir-rigward ta' wahda mill-konsenji. Jekk ikun kaz ta' l-ewwel konsenja jekk l-obbligazzjoni tal-bejjiegh titqiesbhala wahda u indivizibbli b'mod li ma tistax tigi ezegwita f'aktar minn bicca wahda, ikun irid jithassar il-kuntratt shih. F'kazijiet diversi, ma jkunx xieraq li jithassar il-kuntratt shih minhabbairregolarita` jew non-konformita` ta' l-ewwel konsenja. Ghal dak li jirrigwarda t-tieni konsenja, fil-kaz ta' rizoluzzjoni tal-kuntratt iridu jigu rispettati l-partijiet diga` ezegwiti a sodisfazzjonitaz-zewg partijiet, izda meta tigi akkordata r-rizoluzzjoni wiehed ikun irid jiggudika b'aktar kawtela u prudenza milli meta l-kuntratt ma jkunx gie ezegwit bl-ebda mod.
L-artikolu 1392 tal-Kodici Civili, jiddisponi illi anke meta x-xerrej ikun inghata zmien ghall-hlas, f'certi cirkustanzi il-bejjiegh jista' jirrifjuta l-kunsinna. Dan l-artikolu, fil-fatt, jipprovdi hekk:
"1392. (1) Il-bejjiegh lanqas mhu obbligat ghall-kunsinna tal-haga, ghalkemm ikun ta zmien lix-xerrej ghall-hlas tal-prezz, jekk, wara l-bejgh, ix-xerrej ikun naqqas b'ghemilu l-garanziji li bil-kuntratt kienta lill-bejjiegh.
(2) Lanqas mhu obbligat ghall-kunsinna jekk, wara l-bejgh, ix-xerrej ifalli, jew isir mhux solvibbli, jew l-istat tieghu jitbidel b'mod li l-bejjiegh ikun fil-periklu li jitlef il-prezz.
(3) Dan ighodd ukoll meta, ghalkemm ix-xerrej kien fi stat ta' failliment jew ta'insolvenza fiz-zmien tal-bejgh, dan l-istata ma dehrex hlief wara l-bejgh u l-bejjiegh ma kienx jaf bih fiz-zmien tal-bejgh.
(4) Izda, fil-kazijiet kollha hawn fuq imsemmija l-bejjiegh hu obbligat jikkunsinna l-haga, jekk ix-xerrej jaghtih garanzija ghall-hlas tal-prezz fiz-zmien miftiehem".
Il-periklu kontemplat f'dan l-artikolu m'hemmx bzonn li jkun imminenti, imma jrid ikun reali u mhux apparenti.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It