Referenza: 1199/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GAFFARENA JOSEPH ET vs MIXER LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, REKWIZITI FORMALI - KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, VALUR PROBATORJU - NOTIFIKA, KORP MOGHNI B`PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA - NOTIFIKA, RIFJUT TA`
Fil-Qosor
Skond s-subartikolu (4) ta' l-Artikolu 187 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, in-notifika ta' korp li jkollu personalita` guridika distinta, ghandha ssir billi "tithalla kopja ta' l-iskrittura:

a) fl-ufficcju registrat, fl-ufficcju principali, tieghu jew fil-post tan-negozjujew fl-indirizz postali f'idejn xi hadd mill-persuni msemmija fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 181A jew f'idejn impjegat ta' dak il-korp; jew

b) f'idejn xi hadd mill-persuni msemmija fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 181A bil-mod provdut fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu."

Il-persuni idonei skond is-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 181A huma dawk li ghandhom ir-rappresentanza guridika ta' dak il-korp, is-segretarju tal-kumpannija, jew kull persuna ohra li tkun awtorizzata bil-miktub minn dak il-korp sabiex tipprezenta atti gudizzjarji f'ismu jew li jaghmel dikjarazzjoni, nota ta' eccezzjonijiet jew skrittura ohra bhal dawk imsemmija. Is-subartikolu (5) ta' l-Artikolu 187,imbaghad, jipprovdi l-procedura li tista' tigi sewgita sabiex tigi effettwata notifika valida ta' korp li jkollu personalita` guridika distinta, meta jirrizulta li mill-anqas xi hadd mill-persuni msemmija fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 181A ikun jinsab Malta, u cioe` billi titwahhal kopja tal-att fil-post fil-belt jew fid-distrett fejn soltu jitwahhlu l-atti, fejn dak il-korp ikollu l-ufficcju registrat, ufficcju principali jew post tan-negozju tieghu, u bil-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u f'gurnal ta' kuljum. Fil-kaz li l-persuni imsemmija fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 181Ama jkunux hawn Malta jew ma jezistux, il-Qorti ghandha tahtar kuraturi kif provdut fis-subartikolu (6) ta' l-Artikolu 187.

Issa fil-kaz in ezami r-riferta tal-ufficjal tal-Qorti nkarigat bin-notifika tghid biss li l-att kien "refused" u ma hemm ebda indikazzjoni ta' min kienet il-persuna liirrifjutat l-imsemmi att. F'dawn ic-cirkostanzi l-ewwel qorti ma setghetx tapplika dak li hemm provdut fit-tieni proviso tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 187 li jipprovdi li meta n-notifika ta' att tigi rifjutata l-Qorti tista` b'digriet appositu tiddikjara li hemm notifika valida, billi fl-ewwel lok in-notifika qatt ma kienet intiza li ssir lill-persuna fizika kif kontemplat fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu citat u fi kwalunkwe kaz, qatt ma saret talba mill-parti interessat ghal dan il-ghan.Ghalhekk isegwi li kien indikat li kellhom jigu segwiti l-provvedimenti tas-subartikolu (5) fuq citat billi l-Qorti, wara li tkun sodisfatta li persuni idonei li jircievu att ghan-nom ta' korp bi personalita` guridika distinta, ikunu prezenti hawn Malta, tordna li tigi effettwata n-notifika bil-modkif jipprovdi l-istess subinciz.

Il-prova bis-subizzjoni, li tista' tintalab fuq il-kwistjonikollha fil-kawza, jew fuq parti jew ohra minnha, kif ukoll fuq kull fatt partikolari li jkollu x'jaqsam mal-kawza, tista' tingieb f'kull waqt tal-kawza, kemm qabel u kemm wara li jingiebu provi ohra,sew fil-qorti ta' l-ewwel grad kemm fil-qorti fi grad ta' appell. Din il-prova twassal ghall-ammissjoni tal-kweziti maghmula fil-kapitolu li jigi presentat waqt l-udjenza fl-assenza tal-kontro-parti.Dawn il-kapitoli ghandhom isiru bil-miktub u jigu approvati mill-Qorti. Jekk imbaghad il-parti li lilha tinghata s-subizzjoni tonqos li tidher fil-jum li ghalih il-qorti thalli s-smigh tal-kawza, minghajr ma ggib raguni tajba li ghaliha tkun naqset li tidher, il-kapitoli jitqiesu ammessi u accettati u dik l-ammissjoni tista` tittiehed bhala prova kontra l-parti li taghmilha.

Darba ssir l-prova bis-subizzjoni tal-kontro-parti, kemm-il darba l-qorti tkun sodisfatta bil-prova li tinghata bis-subizzjoni tal-konvenut, ma ghandha ebda htiega li timmotiva s-sentenza taghha oltre dik tal-ammissjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni