eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1422/2001/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
16/12/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
BEZZINA HELEN vs BEZZINA CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
BEZZINA HELEN vs BEZZINA CARMELO - 1422/2001/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
MANTENIMENT, META TERZ IHALLAS IL-MANTENIMENT - ASSISTENZA SOCJALI
Fil-Qosor
F'din il-kawza l-attrici talbet li tigi awtorizzata l-esekuzzjoni ta' sentenza precedenti bejn l-istess kontendenti - peress illi kienu ghaddew aktar minn hames snin minn meta setghet tigi esegwita -illi permezz taghha ir-ragel ta' l-attrici kien gie kundannat ihallasha l-manteniment u, ukoll, waqt illi r-ragel ta' l-attrici ma hallasx dan il-manteniment l-attrici kienet qed tircievi l-assistenza socjali. L-attrici talbet illi zewgha jhallasha l-arretrati ta' manteniment dovut skond is-sentenza relativa izda l-konvenut eccepixxa li tali hlas kien diga' sar permezz ta' l-ghajnuna socjali liallura ezentatu mill-obbligi tieghu;
Il-Qorti irriferiet ghal gurisprudenza fejn gie ritenutli illum, kieku kellha tigi segwita l-gurisprudenza l-antika hemm kaz car biex tigi mdahhla eccezzjoni gdida barra min dawk già rikonoxxuti tal-motiv gust tal-inazjoni u tad-dejn, u cioè dak tal-persuna alimentanda li minhabba l-indifferenza tad-debitur specjalment meta jkun zewgha tigi umiljata umixhuta fuq l-ahhar risorsa tal-ghajnuna socjali, li hija ntisa biex tipprevieni li n-nies fil-bzonnjergghu isiru tallaba fit-toroq. Il-fatt tar-ricezzjoni tal-ghajnuna socjali li, kif jaf kulhaddhuwa soggett ghal hafna investigazzjonijiet u revizjonijiet prejodici min-naha tal-Gvern, juri (jekkqatt kien mehtieg) il-bzonn tal-attrici f'dawn l-ahhar snin u li l-kaz jista' liberament jigi ekwiparat ghall-kaz ta' dak li jkollu jiddejjen biex imantni ruhu; infatti l-Gvern ghandu azzjoni ta' regress kontra d-debitur tal-alimenti daqs min jissoministra l-alimenti lill-mara mizzewga minflok ir-ragel morus, u dana biex ma jkunx hemm arrikkiment indebitu da parti tar-ragel minn fuq dahar l-erarju pubbliku u c-cittadini tajba li jzommuh bit-taxxi li jhallsu.
B'hekk il-Qorti irriteniet li l-konvenut xorta wahda kellu jhallas il-manteniment minnu dovut.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta