Reference: 515/2001/1

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI EDWIGE ARMLA MINN ROGER ET vs BUTTIGIEG VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, DEFINIZZJONI TA` - AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN TA` AZJENDA KUMMERCJALI JKUN BIDDEL XI ELEMENTI TAN-NEGOZJU - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN TA` AZJENDA KUMMERCJALI JKUN KABBAR L-AVVJAMENT
Summary
Mhux kull meta ssir sullokazzjoni ta' hanut, ergo si tratta dejjem minn kirja ta' azjenda kummercjali. Kieku din il-proposizzjoni kellha tigi accettata jkun ifisser illi kull sullokazzjoni 'nolens volens' tissarraf f'wahda ta' kirja ta' hanut avvjat, u dan necessarjament jeskludiha mill-harsien tal-ligi specjali. Konkluzjoni bhal din tkun precipituza u guridikament fallaci.

L-enuncjazzjoni generika tal-principju li eskludiet mill-protezzjoni tal-ligi specjali certi lokazzjonijiet ghandha tinzamm fil-limiti gusti taghha "biex ma tigix michuda bla bzonn il-protezzjoni moghtija mil-ligispecjali ghal kirjiet li ghalihom ghandu jitqies li l-ligi tapplika. Ovvjament mhux kull meta ssirkirja ta' fond ga uzat bhala hanut, talvolta anki b'xi ghamara fih u b'xi licenzja tal-pulizija fuqu, ghandu bil-fors jinghad illi si tratta ta' twellija ta' "azjenda kummercjali".

Kirja ta' negozju avvjat hija kirja b'xorta ta' attivita` kummercjali pre-stabbilita li l-inkwilin kien sejjer juzufruwixxi minnha bhala parti mill-attiv tal-kirja li ghalih kien ser ihallas konsiderazzjoni fil-forma ta' kera.

Xi differenza fin-negozju, pero` fil-linja ta' dak originali, u nkrement fl-avvjament tan-negozju, u dwar xi ritorn ta' oggetti lil-lokatur ma' tul il-lokazzjoni, li pero` ma jinfluwixxux fuq in-natura u s-sustanza tal-lokazzjoni ma tfissirx li l-avvjament tal-hanut mikri jkunqed jigi eskluz.

Dan anke fejn il-hanut jigi adoperat ghall-ispacc ta' merci differenti minndawk li kienu jinbieghu fih qabel, ghaliex il-veru test jibqa' dak jekk fil-kirja huwiex kompriz l-azjenda u l-ezercizzju ta' negozju ta' generu differenti ma jeliminax u ma jiznaturax wahdu il-veru essenza tal-kuntrattazzjoni li tkun saret.

Meta jkun skada t-terminu originali tal-lokazzjoni,sar xi ftehim gdid li fih il-partijiet ikkunsidraw il-fond in kwestjoni bhala "bare premises" u zvestew l-oggett tal-lokazzjoni minn natura tieghu ta' azjenda kummercjali, ovvjament il-kompetenza tal-Qorti ma tistax tigi turbata bil-fatt tal-kontinwata ricezzjoni tal-kera wara l-iskadenza tat-terminu originali tal-kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info