Referenza: 236/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
FENECH PHILIP ET vs A & R MERCIECA LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ENFITEWSI, EFFETTI TAL-KONSOLIDAZZJONI TAT-TITOLU FUQ OBBLIGI IMPOSTI FUQ L-UTILISTA FIL-KONCESSJONI ENFITEWTIKA - SERVITU`, DIKJARAZZJONI LI L-FOND HUWA LIBERU U FRANK - SERVITU`, NUQQAS TA` REFERENZA FIN-NOTA TA` L-INSINWA
Fil-Qosor
Fil-ligi trid issir distinzjoni bejn servitu' predjali u obbligazzjoni personali. Biex ikun hemm servitu' predjali hemm bzonn li jkun hemm rabta, fuq kull min se jigi wara l-persuna li fuqha giet imposta l-limitazzjoni ta' altius non tollendi, bejn il-fond dominanti u l-fond servjenti. Jekk ma jkunxhemm fond dominanti li qed jigi servut, ikun hemm biss obbligazzjoni personali, u f'dak il-kaz dinama tehtiegx li tigi insinwata.

Meta jigi mifdi cens l-obbligazzjonijiet finanzjarji u personali jispiccaw, izda jibqghu dawk marbuta mal-proprjeta' bhal servitujiet. Gie deciz mill-Qrati taghna li ghalkemm isir il-fidi ta' cens fil-bejgh, il-koncedent li jkun irriserva favur tieghu drittijiet li ghandhom fihom element ta' proprjeta' dawn id-drittijiet jibqghu veljanti nonostante l-fidi tac-cens.

F'dan il-kaz, nonostante l-fidi tac-cens, l-imposizzjoni tal-limitazzjoni altius nontollendi, li hija element ta' proprjeta', baqghet torbot lis- successuri fit-titolu.

Servitu` li tigi kostitwita permezz ta' kuntratt hija valida anki jekk ma ssir ebda referenza ghaliha fin-nota ta' l-insinwa. Ghalhekk, ix-xerrej ghandu jezamina mhux biss in-nota ta' insinwa izda jara il-kuntratt ta' trasferiment minghand min kien ser jixtri.

Minn naha l-ohra d-dikjarazzjoni fil-kuntratt li l-fond kien qed jinxtara liberu u frank minn kull piz u servitu', ma jfissirx b'daqshekkli s-servitu' spiccat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni