Referenza: 1053/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
FRUITLAND COMPANY LTD vs W.J. PARNIS ENGLAND LTD NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HAGUE-VISBY RULES, KLAWSOLA TA` EZONERU - KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU
Fil-Qosor
Fil-imsemmija Hague-Visby Rules, jezistu dispozizzjonijiet li jaghmluha cara li mhux dak kollu li jitnizzel f'polza ta' kariku jitqies li jiswa: ghall-kuntrarju, f'dak li ghandu x'jaqsam mat-tnehhijaminn qabel tar-responsabbilta' minn fuq it-trasportatur, uhud mill-klawsoli f'tali poloz jistghu jitqiesu ma jiswewx jew daqslikieku ma sarux.

Il-klawsoli ta' ezoneru wkoll gibdu l-attenzjonital-Qrati taghna f'ghadd ta' drabi, u dan taht il-principju li t-twettiq ta' obbligazzjoni kuntrattwali ggib maghha rabtiet fuq il-kontrent li ma jistax jaqbad u jwarrabhom b'daqqa ta' pinna. Il-hsieb huwa li klawsola ta' ezoneru tista' tahdem biss favur id-debitur tal-obbligazzjoni jekk kemm-il darba dan ikun wettaq dak li kellu jaghmel. Kemm hu hekk, klawsoli bhal dawn ma jistghux jithallew ikollhom sahha biex jaghtu lil min intrabat b'obbligazzjoni okkazjoni biex jehles minn dik ir-rabta.L-applikabilita' ta' klawsoli bhal dawn tiddependi mill-kaz li jkun u bhharsien tar-regola migjuba fl-artikolu 1132 tal-Kodici Civili;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni