eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1841/1998/1
Download
Judgement Details
Date
01/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
HEALEY STEPHEN vs FARRUGIA VELLA CLYDE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Linked Case
HEALEY STEPHEN vs FARRUGIA VELLA CLYDE ET - 1841/1998/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
ATT TA` TWELID - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT FONDAMENTALI GHAR-RISPETT TAL-HAJJA PRIVATA - FAMILJA, RABTA FAMILJARI - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, AZZJONIJIET RELATTIVI - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, IMPUNJAZZJONI TA` - PATERNITA`
Summary
Hemm tliet azzjonijiet permessibbli fil-ligi taghna sabiex tigi attakata l-legittimita' ta' l-uliedu cioe':-
L-azzjoni ta' diskonoxximent jew ta' denegata paternita' a bazi tal-artikolu 70 tal-Kap 16 li hija miftuha ghar-ragel li fic-certifikat tat-twelid huwa indikat bhala missier it-tifelimwieled fiz-zwieg, u dan fil-kazijiet indikati tassativament fis-subartikolu (1) (a) sa (d), liemaazzjoni tattakka l-presunzjoni "pater est quae iustiae demonstrat", u twassal biss mhux biex jigi determinat il-missier tat-tarbija imma biss ghad-dikjarazzjoni li r-ragel ta' l-omm ma huwiex il-missier, liema azzjoni ghandha tigi prezentata fit-termini stretti moghtija fl-artikolu 73 tal-Kap 16.
It-tieni azzjoni hija dik moghtija biss lit-tifel ai termini tal-artikolu 84 sabiex jitlob l-istat ta' iben legittimu u ghaliha japplikaw ir-regoli stabiliti fl-artikoli 82 sa 85 tal-Kap 16. Illi din l-ahhar azzjoni tat-tfittxija ta' paternita' hija moghtija biss lit-tifel u hija estiza lill-werrieta jew dixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-ligi. It-Tifel ghandu d-dritt li jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtieh l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' stat konformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponielu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni. Ghaldaqstant lilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra interessati, konsistenti f'illihuma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fisika ta' koabitazzjoni tal-presenti genituri tat-tifel fi zmien rilevanti minhabba lontananza. Meta t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta'ricerka tal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fisika ma tirrizultalax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi mal-att tat-twelidtieghu.
It-tielet azzjoni hija dik kontemplata fl-artikoli 76 u 77 tal-Kap 16 fejn ghal dakli huwa relevanti ghal dik il-kawza fl-artikolu 77 jinghad li: Il-legitimita' ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata minn kull min ghandu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejnit-tlett mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien f'impossibilita' li jghammar ma' martu minhabba li kien il-boghod minna.
Illi din l-ahhar azzjoni imsemmija ta' impunjazjoni ta' legittimita' hija miftuha ghal kull terz, inkluz lill-omm u lill-istess tifel peress li hija disponibbli ghal min ghandu interess, inkluz il-persuna li tallega li hija missier it-tifel.
L-azzjoni a bazi tal-artikolu 77 hija subordinata ghal dak li hemm provdut fl-artikolu 81 li jipprovdi li l-istat ta' iben legittimu ma jistax jigi attakkat minn hadd, lanqas mill-iben innifsu jekk il-minuri ikun akkwista l-istatus ta' iben legittimu mill-att tat-twelid u l-pussess tal-istess stat li jaqbel ma tali att.
Illi fi kliem iehor l-azzjoni ittenta skond l-artikolu 77 sabiex tirnexxi trid issir fl-ewwel lok a bazi ta' iben jew bint li skond l-att ta' twelid majkunx ikkunsidrat bhala legittimu, jew ghalkemm l-istess att ta' twelid jikkunsidrah legittimu, huwa ma jkunx jippossedi l-istess stat ta' legittimu.
Dawn id-disposizzjonijiet tal-ligi u l-principji fuq enuncjati huma in konformita' mad-dritt fundamentali protett fil-Kostituzzjoni ghar-rispett ghall-hajja privata u familjari tieghu, skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu 32 (c) tal-istess, u artikolu 8 tal-Ewwel Skeda tal-Kap 319, u tali limitazzjonijiet fl-azzjonijiet proponibbli sabiex tigi attakkata l-legittimita' tal-persuna huma fil-fatt protetti a bazi tas-subartikolu (2) tal-artikolu 8 stante li l-istess saru skond il-ligi u huma mehtiega f'socjeta' demokratika fl-interessi tas-sigurta' pubblika ghall-protezzjoni tal-morali u ghall protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta' haddiehor.
Il-kuncett ta' family tie jinkludi mhux biss relazzjonijiet naxxenti minn zwiegizda dak li gie deskritt bhala relazzjonijiet bejn partijiet li jghixu flimkien m'hux f'ghaqda ta'zwieg u li tali kuncett jinkludi "that biological and social reality prevail over a legal presimption".
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It