Reference: 700/1994/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI JOSEPH ET vs ZAMMIT ANTONIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199
Summary
Ghall-finijiet tal-Kap. 199 tal-Ligijiet ta' Malta, it-terminu "kerrej" jinkludi "kull membru tal-familja li jkun cessjonarju tal-kirja u, wara l-mewt tal-kerrej meta ma jkun hemm l-ebda membru bhal dak, tinkludi f'ordni ta' preferenza kull membru tal-familja li jkun legatarju tal-kirja jew li, matul l-ahhar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej, kien jghix mal-kerrej jew kien qed jahdem ir-rabamieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej."

Ta' massima rilevanza ghall-interpretazzjoni ta' din id-definizzjoni hija, imbaghad, it-tifsira tal-espressjoni "membru tal-familja" li jaghtil-Artikolu 2 tal-Kap 199. Tali espressjoni hi mfissra bhala li tinkludi "axxendent lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, ragel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm ma tergax tizzewweg, tal-kerrej".

Minn din l-ahhar stabbilita definizzjoni hu lampantement ovvju illi membru tal-familja ghal fini tal-Att dwar it-Tigdid tal-Kiri tar-Raba la tinkludi ahwa u wisq anqas it-tfal tal-ahwajew in-neputijiet tal-kerrej.

Issa l-kliem "membru tal-familja" huma allaccjati biss mal-ordni gerarika mil-ligi stabbilita ghas-sitwazzjoni sopravenjenti l-mewt tal-kerrej, izda l-istess kliem jikkwalifikaw ukoll lil dawk li fil-familja seta' jitqies li jissucciedi fit-titolu 'ex lege' l-kerrej li jkun cessjonarju tal-kirja. Titolu dan li jirresupponi li gie vestit tul il-hajja tal-inkwilin.

It-terminu "cessjonarju tal-kirja" tinkludi sub-konduttur u meta ma jkun hemm la persuna li lilha tkun giet ceduta l-kirja (li ovvjament ghandha tfisser cessjoni tad-drittijiet bil-kitba(Art 1470 tal-Kodici Civili) u li necessarjament ukoll ghandha tirrivesti d-dispost ta' l-Art. 1471tal-Kodici Civili) u l-anqas sub-konduttur, il-persuna li tkun attwalment tgawdi l-kirja bil-kunsens espress jew tacitu tal-kerrej u "cessjoni" ghandha tinftiehem skond hekk."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info