Reference: 369/1992/2

Judgement Details


Date
30/05/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ABDILLA SALVATORE vs ONOR. SEGRETARJU PARLAMENTARI AMBJENT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - MA TAMMONTAX GHAL ATT INSTANTANEJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - KUNCETT TA` MEZZ XIERAQ - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, VJOLAZZJONIJIET QABEL ID-DHUL FIS-SEHH TAL-KONVENZJONI F`MALTA
Summary
Il-process ta' l-esproprjazzjoni jigi avvjat bid-dikjarazzjoni relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern u majitqiesx bhala xi att istantaneju, izda huwa wiehed kontinwat sakemm jintemm meta jsir il-kuntrattdefinittiv tat-trasferiment ta' l-art lill-Gvern.

Il-kwistjoni dwar l-ezawriment ta' rimedjuordinarju ma hix jekk dak li jkun ikunx ezawrixxa, jew ittanta, "rimedju ordinarju" izda jekk kelluxdisponibbli favurih mezz xieraq ta' rimedju ghall-ksur allegat. L-aggettiv "xieraq" ("adequate", fit-test Ingliz) li jikkwalifika n-nom "mezz" uzat kemm fl-Artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni kif ukollfl-Artikolu 4(2) tal-Kap. 319, necessarjament jimplika li l-mezz ikun tali li wiehed jista' ragonevolment - tenut kont tac-cirkostanzi kollha tal-kaz - janticipa li jista' jkun hemm ezitu favorevoli.

Deprivazzjoni ta` proprjeta` ghall-ebda interess hlief ghal interess privat ma tistax tkun fl-interess pubbliku. Madanakollu t-trasferiment ta` art privata lil terz tista' f'certi cirkostanzitammonta ghal ghan legittimu sabiex jigi promoss l-interess pubbliku. It-tehid ta' proprjeta` ghal ghan legittimu socjali, ekonomiku jew ta' xorta ohra jista' jkun fl-interess pubbliku anki jekk il-komunita` ma jkollha ebda uzu dirett jew tgawdija tal-proprjeta` mehuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info