Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 285

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/09/1996
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARTIN XUEREB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANGEROUS DRUGS ORDINANCE - IMPUTAZZJONI
Fil-Qosor
Ghalkemm il-legislatur, fl-artikolu 15A (1) tal-Kap. 101, bhalma f'diversi disposizzjonijiet ohra ta' l-Ordinanza, ma juzax il-kelma "xjentement", hu evidenti li hawn si tratta ta' reat doluz u mhux semplicement ta' reat kopluz. Fi kliem iehor, il-legislatur ma riedx jikkolpixxi lil min, per ezemplu, ad insaputa tieghu jitqieghdlu xi droga fil-bagalja tieghu u dan jibqa' diehel biha Malta. Mill-banda l-ohra, u b'applikazzjoni ta' l-artikolu 26 (1) ta' l-Ordinanza, persuna li tkun materjalmentdahhlet droga f'Malta hi prezunta li dahhlitha xjentement, jigifieri meta kienet taf bl-ezistenza dak l-oggett, li dak l-oggett hu droga, u ghalhekk kienet taf li qed iddahhal id-droga, salv prova (imqar fuq bazi ta' probabilta') kuntrarja u salv il-limitazzjoni ghal tali prova skond l-artikolu 26 (2). Ghalhekk, aktar milli wiehed jitkellem dwar intenzjoni specifika jew generika, wiehed ird jarajekk il-persuna in kwistjoni ppruvatx li, fil-mument li materjalment dahhlet id-droga, hi ma kinitxtaf li kellha dak l-oggett fuqha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni