Reference: Volume 70 (1986), Part No. 5, Section 2, Page 655

Judgement Details


Date
20/02/1986
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
IL-PULIZIJA vs GEORGIA ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL TA' L-AVUKAT GENERALI - ENUNCJAZZJONI ZBALJATA JEW INKOMPLETA TAL-LIGI - META "FIL-FATT MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TA' REAT"
Summary
Meta l-Avukat Generali jappella minhabba "enuncjazzjoni zbaljata jew inkompleta tal-ligi" jew "errorjuris", malli l-enuncjazzjoni denunzjata bhala hazina tigi minflok rikonoxxuta korretta, alura jekkl-appell ma jkunx ibbazat fuq xi inciz iehor ta' l-artikolu 425, l-appell jieqaf hemm. Il-kelma "fatt" uzata fl-artikolu 425(1)(b)(iv) tirreferi kemm ghall-fatti imputati kif ukoll ghal dawk li jirrizultaw. Fl-ewwel kaz hu pprospettat il-kaz fejn il-Qorti, bla ma tisma' prova, tiddecidi li l-fattimputat ma fihx l-elementi ta' reat u allura hemm l-appell ta' l-Avukat Generali u dan ikun purament appell fuq punt ta' dritt. Similment, jekk wara li jinstemghu l-fatti tigi applikata hazin il-ligi, ikun proprjament qed jgi deciz li l-fatti ma jikkostitwixxux reat mhux ghax necessarjament hu hekk izda ghax tkun saret enuncjazzjoni zbaljata jew inkompleta tal-ligi. F'dan il-kaz l-appell hu moghti lill-Avukat Generali jekk veru jkun sar dan l-error juris biss, u l-fatti jistennew l-ezitu ta'din il-kwistjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info