Reference: Volume 68 (1984), Part No. 5, Section , Page 345

Judgement Details


Date
11/04/1984
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
IL-PULIZIJA vs DR. JOSEPH CASSAR GALEA LL.D.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AVUKAT GENERALI - DRITT TA' APPELL TA' L-AVUKAT GENERALI - KOMPETENZA TAL-QORTI TAL-MAGISTRATI - KWERELA - PRESKRIZZJONI
Summary
F'dan il-kaz il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja illiberat lill-akkuzat peress li l-azzjoni kienet preskritta. L-Avukat Generali appella minn din id-decizjoni in vista tal-fatt li l-EwwelQorti "arrogat lilha nnifisha kompetenza li f'daka l-istadju ma kellhiex u ddecidiet fuq l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni b'mod li lliberat assolutament lill-imputat mill-akkuzi kontrih dedotti". Id-difiza eccepiet l-inappellabilita' tad-decizjoni moghtija mill-Qorti Istruttorja ghat-tenur ta' l-artikolu 413 (2) tal-Kodici Kriminali (Illum 401 (2)) u sostniet li r-rimedju li talvolta kien jispettalill-prosekuzzjoni kien dak ipprovdut fl-artikolu 445 (3) ta' l-istess Kodici (illum 433(3)) u mhuxdak ipprovdut mill-artikolu 425 (illum 413). Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali, qabel xejn, spjegatx'rimedju ghandu l-Avukat Generali f'kaz ta' decizjoni ta' din il-Qorti. Jekk l-Ewwel Qorti tkun merament, wara li tikkompila l-provi, waslet ghall-konkluzjoni li m'hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed that att ta' akkuza u ordnat il-liberazzjoni tieghu fis-sens u fit-termini ta' l-artikolu 412 (2) tal-Kodici Kriminali, allura l-Avukat Generali m'ghandux ir-rimedju ta' appell fit-terminit ta' l-artikolu 425 ta' l-istess Kodici, izda jagixxi biss that l-artikolu 445 (3). Jekk pero' mid-decizjoni ta' l-Ewwel Qorti jkun evidenti li dik il-Qorti tkun nezghat il-vesti taghha ta' Qorti Istruttorja u libset dik ta' Qorti ta' Gudikatura Kriminali, b'mod li l-Avukat Generali jkun gie impedut milli jezercita l-fakultajiet li taghtih il-ligi u b'mod li dik is-sentenza tista' tigi opposta bhala gudikat, allura l-Avukat Generali ghandu certament id-dritt ta' appell fil-limiti u fit-termini ta' l-artikolu 425 tal-Kodici Kriminali. Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali kompliet tispjegax'inhija precizament il-funzjoni tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja u x'limitazzjonijiet huma ssenjati mill-istess ligi ghal dawk il-funzjonijiet. Il-funzjonijiet u poteri tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati tal-Pulizija Gudizzjarja bhala Qorti ta' Istruttorja kif stabbiliti u delimitati mill-Kodici Kriminali ma jhallux lok ghal dubbju. Dik il-Qorti bhala Qorti ta' Istruttorja mhixhaga ohra hlief strument f'wiehed mill-istadji tas-sistema akkuzatorja taghna u ghalhekk hu importanti li ma jkunx hemm invazjoni tal-mansjonijiet li l-ligi tirriserva lil haddiehor. Il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Istruttorja ghandha primarjament il-funzjoni li tigbor il-provi u tiddecidijekk hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed taht att ta' akkuza. Jekk f'gheluq il-kumpilazzjoni dik il-Qorti tkun tal-fehma li m'hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed taht att ta' akkuza tista' biss taghmel wahda minn zewg affarijiet: Tista' fl-ewwel lok jekk jidhrilhali r-reat mhux ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali imma ta' kompetenza tal-Qorti tal-Pulizija Gudizzjarja bhala Qorti ta' Gudikatur Kriminali u li ghalih l-azzjoni ma tmissx lill-parti offiza, taghtis-sentenza fuq ir-reat skond l-artikolu 389 (illum 377) tal-Kodici Kriminali u tordna li l-attijietflimkien ma' kopja tas-sentenza jigi mibghuta lill-Avukat Generali skond l-artikolu 413(3) tal-Kodici Kriminali. F'dan il-kaz dik il-Qorti tkun iddecidiet mhux bhala Qorti ta' Istruttorja izda bhalaQorti ta' Gudikatura u jkun hemm dritt ta' appell fit-termini ta' l-artikolu 425 ta' l-istess Kodici. Fit-tieni lok tista' semplicement tordna l-liberazzjoni ta' l-imputat u tibghat l-attijiet tal-kumpilazzjoni flimkien ma' l-oggett li jkollhom x'jaqsmu mad-delitt lill-Avukat Generali fiz-zmien litrid il-ligi. F'dawn iz-zewg kazijiet l-Avukat Generali ghandu funzjonijiet specjali u partikolarirriservati ghalih hekk kif appena jircievi l-atti msemmija. Meta l-Ewwel Qorti pero' timxi skond l-artikolu 413(2) ma tkunx qed tiddecidi l-kaz definittivament u l-ligi ma tridx li dik il-Qorti bhalaQorti ta' Istruttorja tiddecidi hi l-kaz definittivament hlief jekk qabel tiddecidi li r-reat hu ta' kometenza esklussiva taghha u tikkonverti ruhha f'Qorti ta' Gudikatura. Altrimenti m'hemmx alternattiva hlief li semplicement tiddecidi fit-termini ta' l-artikolu 413(2) b'mod li thalli l-Avukat Generali jezercita l-funzjonijiet tieghu li f'dan il-kamp gew ekwiparati ghal dawk ta' Chief Magistrate bil-liberta' kollha li l-istess ligi stabbiliet. Il-funzjonijiet tal-Qorti Istruttorja ma jinkludix id-dritt li tiddecidi fuq kwistjoni bhal ma hi dik tal-preskrizzjoni estentiva ta' l-azzjoni. Dana ghaliex hu evidenti minn dak li jipprovdi l-legislatur illi Qorti li tiehu konjizzjoni ta' u tiddecidi eccezzjoni ta' preskrizzjoni trid tkun necessarjament Qorti li ghandha gurisdizzjni tiehu konjizzjoni u tiddecidi l-akkuza fil-meritu. Jekk l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tigi akkolta twassal bla dubbju ghall-final acquittal. Il-ligi tipprovdi dwar l-estinzjoni ta' l-azzjoni kriminali u dinnecessarjament tigi decizi minn dik il-Qorti li jkollha gurisdizzjoni li tiehu konjizzjoni tal-meritu, lanqas ma jista' jkollha guridizzjoni tiehu konjizzjoni ta' l-eccezzjoni dwar estinzjni tal-meritu. Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali osservat li, in vista tal-fatt li decizjoni ta' Qorti Istruttorja tista' tkun biss discharge u mhux final acquittal, fil-kaz in dizamina l-Qorti Istruttorja kkonvertiet ruhha f'wahda ta' Gudikatura u ddecidiet definittivament il-kawza; haga li ma setghetx taghmel.Ghaldaqstant, ma jistax ikun hemm dubbju li l-Avukat Generali seta' jinterponi appell fil-limiti ufit-termini ta' l-artikolu 425 tal-Kodici Kriminali. Sakemm il-Qorti ta' Istruttorja ma tiddikjarax li r-reat mhux ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali imma ta' komptenza taghha (artikolu 415 - illum414), jew inkella sakemm il-process ma jkunx mibghut mill-Avukat Generali fit-terminu ta' l-artikolu445 (5) (illum 433 (5)) jew 382 (illum 370) tal-Kodici Kriminali, il-Qorti Istruttorja kull ma ghandha taghmel hu li tiddecidi jekk hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitqieghed taht att ta' akkuza jew le. L-artikolu 445 (3) tal-Kodici Kriminali jipprovdi illi fiz-zmien stabbilit wara li l-Qorti ta' Istruttorja tkun waslet ghall-konkluzjoni li m'hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imputat jitpogga taht att ta' akkuza u tkun illiberatu, l-Avukat Generali jista' johrog mandat ta' arrest kontra l-persuna illiberata jekk l-Imhallef li jkun skond dak l-artikolu qabel mieghu li hemm ragunijiet bizzejjed biex johrog att ta' akkuza. Dan evidentement juri illi lanqas f'dik li hi decizjoni lima hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-imutat jitqieghed taht att ta' akkuza l-legislatur ma ta' poterassolut lill-Qorti Istruttorja u f'dan is-sens tohrog wahedha l-konkluzjni li taht ebda cirkostanzama tista' l-Qorti Istruttorja tiddecidi b'mod illi haddiehor ikollu jdejh marbuta. L-artikolu 445(3) mhux appell izda biss ezercizzju ta' l-Avukat Generali li f'dan il-kaz ghandu funzjoni li hi superjuri ghal dik tal-Qorti Istruttorja. Appena jircievi l-atti tal-kumpilazzjoni ghandu ukoll funzjoni guridika. Jista', anke jekk il-Qorti Istruttorja tkun qalet li hemm ragunijiet bizzejjed biex johrog l-att ta' akkuza, jordna minflok in-nulla prosegwi. Jista' ma johrog ebda att ta' akkuza u jirrimetti lill-Qorti ta' Istruttorja biex tiddecidi hi l-kawza jekk ikun il-kaz u skond il-ligi. Jista' ukoll jekk il-Qorti Istruttorja tkun illiberat taht l-artikolu 413 (2) ma jiehu ebda provvedimentbilli jibqa' passiv. Ghaldaqstant il-gurisdizzjoni tal-Qorti Istruttorja hi limitata u cirkoskritta u d-decizjoni taghha soggetta ghall-iskrutinju ta' l-istess Avukat Generali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info