Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1403

Judgement Details


Date
27/06/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs AGATHA BARBARA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS CONSULENDI" - "PEACEFUL PICKETING" - "TRADE DISPUTE" - ART. 20 U 25(1) (A) TAL-ORD. IV TAL-945 - ART. 358, 572 U 43(D) TAL-KODICI KRIMINALI - INTIMIDAZZJONI - KOMPLICITA' - LIBERTA' PROVVIZORJA - PULIZIJA EZEKUTTIVA - XHIEDA
Summary
Ma ghandux jinghata tort lill-Pulizija ghaliex din tkun uriet interess fil-produzzjoni tal-provi, jew ghax tkun irrikjamat l-attenzjoni tal-Qorti ghal xi incident li seta' jtellef il-liberta' provvizjorja koncessa lill-imputat; ghax hu anzi dmir tal-pulizija, b'ligi, li tinvestiga r-reati u tigbor il-provi, u anki timpedixxi l-intorbidiment taghhom. Wiehed mit-testi tal-veracita' tax-xhud huwa d-diportament tieghu fil-pedana; u ghalhekk il-Qorti tal-Appell, in linea ta' massima, taghti piz kbirlill-apprezzament lij kun ghamel tal-provi l-gudikant fl-ewwel istanza, mhabba l-fatt li dan kellul-opportunita' li jisma x-xhieda "viva voce" u josserva d-diportament taghhom fil-pedana tax-xhieda.Taht il-ligi taghna, l-interpretazzjoni tal-kelma "Intimidazzjoni" ma toffrix diffikulta'; ghar-raguni li dan ir-reat hu definit mill-ligi stess bhala l-att ta' min jikkaguna fil-mohh ta' xi persunabiza' ragjonevoli ta' hsara lilu jew lil xi hadd tal-familja tieghu; u hu bizzejjed li min jintimidixxi jdahhal fil-mohh tal-intimidit l-apprensjoni ta' perikolu jew ta' dannu jekk ma jaghmelx dak lijkun qieghed jghidlu biex jaghmel min ikun qieghed jintimidieh. Anki jekk insegwitu l-intimidit jaghmel dak li min intimidieh qallu biex ma jaghmelx, dan ma jbiddelx il-pozizzjoni; ghax ir-reat, ossija l-intimidazzjoni, jikkonsisti filli wiehed jikkaguna l-apprensjoni tad-dannu, u mhux fl-effikacja tal-intimidazzjoni: u avvolja l-effett tal-intimidazzjoni ma javverax ruhu, ir-reat kien ga konsumat, ghax mhux necessarju li min jintimidixxi jkun irraggunga l-iskop tieghu. Kwalunkw minaccja tista' komodament, f'certu sens, tigi msejha parir; fis-sens li, jekk il-minaccjat jaghmel jew ma jaghmelx dak li jigi lilu ordnat jew interdett, allura ma jsofrix dannu; imma dan ma hux riljev, f'akkuzata' intimidazzjoni., li jista' jappella ruhu ghall-bon sens u ghall-ligi. Jiddependi mic-cirkustanzi konkomitanti jekk il-kliem tal-imputat jistghux jigu nterpretati bhala l-ghoti ta' parir kif fil-hajja ta' kuljum wiehed jifhem x'inhu parir amikevoli, jew jigux interpretati bhala li ntqalu fl-ezercizzju ta' "peaceful picketing". Id-difiza ta' "peaceful picketing', "ut sic", proprjament hi limitata ghall-kaz ta' "trade dispute"; imma meta, trattandosi ta' "strike", l-attijiet ikunu leciti perse', ma jammontawx ghal reat, mentri, jekk huma illeciti, jikkostitwixxu reat anki jekk ikunu saru in konnessjoni ma' "strike" fuq "trade dispute"; u l-ligi maltija, fejn tittratta fuq "peaceful picketing", appuntu tipprojbieh jekk isir, "inter alia", b'mod li jkun kalkulat biex jintimidixxi. U ghalhekk, meta l-attijiet ikunu illeciti legalment, ma hemmx bzonn li l-Qorti tidhol fil-kwistjoni jekkli "strike" sarx fuq "trade dispute" biex tghid jekk kienx kaz ta' "picketing". U fl-apprezzamenttal-fatti nkriminati, il-minaccja formanti l-materja tal-intimidazzjoni ma hemmx bzonn li tkun tabilfors verbali, imma tista' anki tirrizulta mill-atteggjament tal-imputat; tista' tkun anki implicita'. Xhud jista' jkollu xi lanjanza kontra l-imputat li fil-kawza tieghu huwa jigi migjub bhala xhud;imma dan ma jfisserx illi ghax ghandu dik il-lanjanza, allura bil-forsi jixhed il-falz biex jippregudika lill-imputat; izda jista' jfisser biss illi jekk forsi minghajr dik il-lanjanza ma kienx jitkellem u kien jghatti l-fatt, minhabba fiha u hu jiddecidi li jitkellem u jghid dak li fil-fatt ikun gara. U huwa assurd li wiehed jippretendi li x-xhieda kollha jaghmlu speci ta' kongura biex jixhdu l-falz kontra l-imputat, jekk ma jkun hemm ebda cirkustanza li turi dan. Jekk dawn ix-xhieda ma jkunux qablu f'xi cirkustanza, dan ma jfisserx li huma xehdu l-falz; il-fatt li huma ma jaqblux f'xi cirkustanzi li huma "adminicula" ma ifisserx li ma ghandhomx jigu emmnuti, la jkunu qablu f'dak li hu sostanzjali ghall-prova tar-reat; u forsi kien ikun aktar materja ta' suspetti kieku huma kienu, kif jinghad, qampiena wahda. Ghall-komplicita' hemm bzonn tal-element intezjonali; izda hu rikonoxxut illi dan l-intenzjoni tista' titwieled dak il-hin stess li jigru l-avvenimenti. Huwa veru wkoll li matinghatax komplicita' negattiva, jigifieri li ma jkunx komplici dak li jkun semplicement u materjalment prezenti ghall-kommissjoni ta' reat u ma jaghmel xejn biex jimpedieh; imma jekk ic-cirkustanzijuru li l-prezenza kienet akkompanjata minn attijiet li rrendew possibbli l-kommissjoni tar-reat, allura hemm il-komplicita', U tabilhaqq, il-ligi tikkunsidra bhala komplici lil min, fost kazi ohra,b'xi mod li jkun, xjentement jghin jew jassisti l-awtur tad-delitt fl-attijiet li bihom id-dellit ikun gie preparat jew konsumat; imma ghas-soluzzjoni tal-punt jekk tirrikorrix din tal-forma ta' komplicita', ghandu jinzamm prezenti l-principju illi ma hux mehtieg li jigi pruvat li kien hemm xi prekoncert formali u preliminari bejn l-ezekuturi tal-fatt delittuz u l-komplici, minn dejjem segwit fis-sistema legali malta, u l-principju l-iehor illi l-fatt li zewg persuni jew aktar ikunu qeghdin jagixxu flimkien u in komun ghall-ezekuzzjoni ta' skop apparentement kriminali hu haga li tigi argumentata, u tista' tirrizulta mill-attijiet singoli ta' dawk il-persuni; anzi rarament jissucciedi illi l-fatt attwali tal-kumpannija jista' jigi pruvat b'xhieda diretti, billi ftehim simili uzwalment isirbil-heffa u segretezza; u ghalhekk issir necessarja l-prova ndizjarja. Il-fatt li l-imputat ta' komplicita' ma qalx kliem ta' intimidazzjoni ma hux rilevanti; ghaliex hu ammess fil-gurisprudenza, segwita mill-Qrati ta' Malta, illi anki s-semplici prezenza, meta ma hix dik ta' wiehed li jkun qieghedbiss ihares bl-indifferenza, tista' tammonta ghal-komplicita', meta tkun b'xi mod iffacilitat ir-reat jew intimidiet is-suggett passiv, jew b'xi mod iehor kienet effikaci. Sejn ma jimporta illi l-prezenza tal-komplici kienet att negattiv; ghax ghalkemm ma hix ammessa l-komplicita' negattiva hi pero' ammessa mill-Qrati l-komplicita' per mezz ta' atti negattivi, billi allura l-komplici ma jkunx semplici spettatur indifferenti. L-argument illi l-komplici, anki kieku seta' jiddizapprova l-agir kriminuz, ma seta' jaghmel xejn, ma jikkonvincix. Huwa apprezzabbli li l-inazzjoni wehedha ma hix perse' komplicita'; imma huwa wkoll apprezzabbli illi, meta dik l-inazzjoni titqies fuq l-isfond, tac-cirkustanzi kollha tal-kaz, tista' tkun indizju qawwi ta' participazzjoni fi skop komuni. U tabilhaqq, il-fatt li persuna kienet volontarjament prezenti u rat reat jigi kommess, u ma opponietx ruhhaghall-kommissjoni tieghu, meta kien ragjonevolment mistenni li hija timpedieh, jew almenu ma esprimietx id-dizapprovazzjoni taghha, jista' f'certi cirkustanzi jservi ta' prova qawwija li volontarjament inkoraggiet, u hekk ghenet u ffacilitat il-kommisjoni tar-reat. Anki jekk il-komplici talvolata jkun qal, wara, xi kliem li jista' jigi nterpretat bhala disazzjocjament mar-reat ta' intimidazzjoni,dan ma jiswa xejn lill-imputat, ladarba r-reat ta' komplicita' f'dak ta' intimidazzjoni kien ga konsumat. Il-Qorti tista', fl-applikazzjoni ta' piena ta' restrizzjoni tal-liberta' personali, tordnailli fl-espjazzjoni tal-piena jigi komputat il-perijodu li fih l-imputat dam arrestat. Jekk dan il-komputu jkun sar fis-sentenza tal-Magistrati, u l-imputat, meta gie arrestat mill-gdid wara s-sentenza tal-Magistrat, ottjena l-liberta' provvizorja tieghu, ma hux il-kaz li jkun hemm ordni ta' komputu iehor fis-sentenza tal-Qorti tal-Appell li tikkonferma l-ewwel sentenza; ghax il-perijodu ta' karcerazzjoni provvizorja ma jistghax jitnaqqas darbtejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info