Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1444

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs DR. CARMELO CARUANA, B.A., LL.D., M.L.A., ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FILES" DIPARTIMENTALI - ART. 513 TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 637 (3) TAL-PROCEDURA CIVILI - DOKUMENTI - PROVI
Fil-Qosor
Skond il-Procedura Civili, ma tistghax tintalab l-ezibizzjoni ta' ittri, dispacci, jew karti ohra lijaghmlu sehem minn korrispondenza ta' dipartiment tas-servizz publiku, Civili, Militari, Navali, jew tal-Forzi tal-Ajru, jew ta' rapport ta' dan id-Dipartiment, bhala prova f'gudizzju civili. Fil-Kodici Kriminali, mbghad, jinghad liema artikoli tal-Procedura Civili japplika fil-procedimenti kriminali, u fl-enumerazzjoni ta' dawn l-artikoli, li gew maghmula applikabbli ghall-procedimenti kriminali per riferenza, ma hemmx enumerat l-artikolu tal-Procedura Civili li jaghti dan il-privilegg lill-"files" dipartimentali. B'dan kollu, pero', ma jidherx li ghandu jigi negat lill-Kuruna l-istess privilegg ghar-rigward tal-"files" dipartimentali anki fil-proceduri kriminali; u ghalhekk dawn il-"files" ma humiex producibbli fil-procedimenti kriminali, jekk il-Prosekuzzjoni ma taderixxix ghat-talbali ssir ghall-produzzjoni taghhom. U mhux biss il-produzzjoni ta'dokumneti ufficjali ma tistghax tigi ordnata mill-Qorti imma lanqas jidher, fl-istat attwali tal-ligi, li l-Qorti tista' tezigi dikjarazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment li tkun fis-sens li l-produzzjoni ta' dawk id-dokumenti tkun ta' pregudizzju ghas-servizz publiku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni