Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1304

Judgement Details


Date
22/03/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GUZEPPI SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALIMENTI - INDIGENZA - REAT TAL-KAP TA' FAMILJA LI JHALLI L-MARA FIL-BZONN - SEPARAZZJONI PERSONALI
Summary
Jekk mara taghmel kawza kontra r-ragel ghas-separazzjoni personali taghha minnu, u l-Qorti takkordalha b'digriet l-alimenti provvizorji, li r-ragel ihallasha regolarment, dan ma jistghux jigi ritenutli halliha fil-bzonn jekk ma jkomplix ihallasaha dik ir-retta alimentari ghax hija tkun otteniet mandat ta' sekwestru fuq ic-cespiti finanzjarji kollha tieghu, u tkun giebitu f'pozizzjoni li sahansitra hu jsib ruhu kostrett jaghmel arrangamenti ghal self biex ikompli jghix. Taht dawn ic-cirkostanzi, hu semplicement assurd li tigi addebita lil dak ir-ragel din l-imputazzjoni, cjoe' li halla lill-martu fil-bzonn minhabba hajja bla qies jew nuqqas ta' kont ghax-xoghol. Dan ir-reat ma hux xi azzjoni kreditorja, u lanqas ghandha l-imputazzjoni tieghu ssir b'facilita u korrentezza bhala sostitut ghall-proceduri civili. Jehtieg li fic-cirkustanzi tal-fattispecje jkun hemm xi element ta' 'm'sconduct" ta' xorta kriminali, b'mod li jigi offiz l-ordni publiku; u ghalhekk il-ligi ma tikkuntentax ruhha bis-semplici fatt materjali li l-mara ma tkunx qeghedha tigi alimentata, imma tezigi wkoll jew l-izregolatezza tar-ragel, jew n-nuqqas ta' kont ghax-xoghol da parti tieghu. Jekk il-mara. f'kaz simili, taghzel li taghlaq lir-ragel is-sorgenti li minnhom hu kien qieghed ihallas anki r-retta taghha, allura ma jistgax jigi addeb tat "hu " bil- konsegwenza tal-azzjoni taghha kawtelatorja; hi tista' tiehu l-passi biex tithallas minn dawk l-istess sorgenti kolpiti minnha. Lanqas jista' wiehed jippretendi f'cirkuustanza simili li r-ragel imissu jaghmel xi arrangamenti ta' self biex ikompli jghaddi r-retta alimentarja lill-martu; ghaliex ma tista' qatt il-kontravvenzjoni fuq imsemmija tikkonsisti filli r-ragel jonqos li jaghmel self biex imantni lill-martu, meta kienet hi li giebiu fil-kondizzjoni li jkollu bzonn jissellef.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info