Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1470

Judgement Details


Date
14/08/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs DR. CARMELO CARUANA, B.A., LL.D. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FAIR COMMENT" - ART. 23(1) TAL-KAP. 117 - EDITUR - HINIJIET TAL-REGISTRU - LIBELL - PROCEDURA - UFFICJAL PUBLIKU - VERITA' TAL-FATTI
Summary
Ma hemm ebda ostakolu fil-ligi li l-Qorti tordna li fl-interess tal-gustizzja l-kawza titkompla quddiemha avvolja jkun ghalaq ir-Registru; u ghalhekk mhux irritwali l-ordni jew digriet tal-Qorti, li bih, fid-diskrezzjoni prudenzjali taghha, u ghall-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja, tordna li jinzammu seduti wara l-gheluq tar-Registru. L-eccezzjoni tal-"fair comment" ghandha jkollha bhala bazifatti veri fil-kompletezza taghhom; jekk ma tigix pruvata l-verita' ta' dawn il-fatti, dik l-eccezzjoni ma tistghax lanqas biss tigi kontemplata. Huwa veru li kull cittadin ghandu d-dritt jikkommenta f'gurnal, u anki, jekk jidhirlu, b'mod ahrax, indipendentement minn jekk il-qarrej jikkondividix l-opinjoni tieghu, fuq materja ta' interess publiku, imma ma jistghax fil-kitba tieghu jattribwixxi lill-ufficjal publiku ghemil dizonest fl-ezekuzzjoni tal-kariga tieghu minghajr ma jipprova l-allegazzjoni tieghu. Jekk l-ufficjal publiku hu suggett ghall-kritika f'dak li jirrigwarda l-kariga tieghu, anki b'mod iebes, u ghall-bzonn pregudikat, minn naha l-ohra dak l-ufficjal ghandu d-dritt li ma jkunx offiz fl-unur u r-riputtazzjoni tieghu; u min jattakkalu dan il-gid morali b'attribuzzjonijietspecifici, irid, almenu sostanzjalment, jipprova l-allegazzjonijiet tieghu, biex ikun jista' jehlesmir-responsabbilita' tieghu quddiem il-ligi. L-editur tal-gazzetta li fiha deher l-artikolu ngurjuzma hux mehlus milli jobdi l-ordni tal-Qorti, meta dan ikun hemm, li jippublika s-sentenza jew suntkomprensiv taghha skond il-ligi, bil-fatt li hu ma jkunx baqa' editur tal-gurnal meta tinghata s-sentenza kontra teighu. Il-ligi taghti lill-persuna offiza d-dritt li titlob dak il-provvediment bhalaforma ta' riparazzjoni ghall-offiza; u l-pozizzjoni ma titbiddelx billi l-editur ikun spicca minn dik il-funzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info