Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1224

Judgement Details


Date
20/11/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
IL-MAESTA' TAR-REGINA vs PAWLU BRINCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAL-AKKUZA - KORRUZZJONI TA' MINURI - NULLITA'
Summary
Hi gurisprudenza illi mhux bizzejjed, biex eccezzjoni preliminari tigi ritenuta bhala kaz li ghad-definizzjoni tieghu l-Qorti Kriminali trid tkun komposta kollegjalment, illi l-akkuzat jikkwalifika l-kwistjoni bhala eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza, imma hu mehtieg, biex il-Qorti kompostaminn Imhallef wiehed tkun tista' tastjeni milli tiehu konjizzjoni ta' fatt li jigi allegat kontra l-att tal-akkuza u tirrimetti d-decizjoni tal-kwistjoni quddiem il-Qorti kollegjali, illi l-istess Qorti tkun soddisfatta u perswaza illi difett allega ikun jimporta realment, almenu "prima facie", eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza. Hemm bzonn li jirrizulta soddisfacentement, qabel dik ir-remissjoni, illi supposta r-realta' u ezistenza tad-difett, ghandha ssegwi d-dikjarazzjoni tan-nullita' tal-att tal-akkuza, u mhux rimedji ohra. Jekk lill-akkuzat jigi attribwit fl-ewwel kap tal-att tal-akkuza li huwa kkorrompa persuna minorenni, u fit-tieni kap illi bl-istess atti u fl-istess zmienu fl-istess post bhal dawk tal-ewwel kap hu kkorrompa persuna minuri ohra, ma tammontax ghax eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza l-kwistjoni sollevata mill-akkuzat fis-sens illi kien imissu jigi dedott reat wiehed f'kap wiehed, fuq l-allegat motiv illi r-reati dedotti jikkostitwixxu reat uniku. F'dan il-kaz ma jezistix il-presuppost mehtieg biex ikun jittratta minn eccezzjoni ta' nullita'tal-att tal-akkuza; ghax l-allegati soggetti passivi huma differenti minn kap ghall-iehor, tant fil-persuna kemm fl-aggravanti tal-eta', u tikkostitwixxi punt ta' fatt, rimess bil-ligi lil gurati, ir-ricerka jekk, fuq direzzjonijiet ta' ligi li taghti l-Qorti, jikkonkorrux mill-provi r-rekwiziti ta'reat uniku fil-konfronti ta' kull eventwali reat subordinat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info