Referenza: Volum 46B (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 263

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ALBERT PORTELLI ET vs JOHN CUSCHIERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - ART. 10 TAL-KAP 109 - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-fakolta tas-sullokazzjoni moghtija lill-inkwiln u l-ezistenza ta' sullokazzjoni maghmula mill-inkwil bis-sahha ta' dik il-fakolta, minnhom innifishom, ma jinibux lis-sid milli jimpedixxi r-rilokazzjoni fil-konfront tal-inkwilin u milli jirriprendi pussess tal-fond ghall-uzu tieghu, jekk altrimenti jirrikorru l-kondizzjonijiet rikjesti mill-ligi. U biex is-sid jista' jitlob ir-ripreza ta' pussess tal-fond ma ghandux bzonn li, qabel xejn, huwa jitlob bi procedura separata li tigi mnehhija lill-inkwilin il-fakolta tas-sullokazzjoni; ghaliex it-talba ghar-ripreza ta' pussess necessarjament tinvolvii u tikkontjeni fiha nnifisha t-tnehhija ta' dak il-patt tal-lokazzjoni kif tal-pattijiet l-ohra kollha. Ghaldaqstant, jekk is-sid jikri dar tal-abitazzjoni biex l-inkwilin jissullokaha ammobilita, dak is-sid mhuwiex prekluz milli jitlob r-ripreza ta' pussess tal-fond minhabba li hu jkun kerad-dar biex tigi hekk sullokata u jkun hemm sullokazzjoni korrenti. U ladarba l-inkwilin ma jkunx jabita hu stess fid-dar hekk lilu mikrija, ma hux il-kaz ta' bzonn ghalih ta' "alternative accomodation" ghandha titqies relattivament ghat-"tenant and his family", u mhux ukoll ghas-subinkwilini mhux rikonoxxuti mis-sid li lilhom il-kerrej sija pure bil-fakolta generika tas-sid, ikun issulloka l-fond. U allura, biex tigi deciza t-talba tas-sid ghar-ripreza ta' pussess tal-fond, jibqa' biss li jigiparagunat il"hardship" rispettiv tas-sid u tal-inkwiln, inadentement minn dak tas-subinkwilin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni