Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 343

Judgement Details


Date
16/11/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
AVUKAT DR. MAURICE CARUANA CURRAN, B.A., LL.D., NE. vs NUTAR DOTTOR HERMANN BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 28 TAL-KAP. 70 - ENFITEWSI - OBLIGU TAN-NUTAR - QORTI TA' REVIZJONI TA' L-ATTIJIET NOTARILI - TAXXA TAS-SUCCESSJONIJIET U DONAZZJONIJIET
Summary
Qabel ma jghaddi ghall-publikazzjoni ta' kuntratt ta' qasma, bejgh, jew trasferiment, iehor ta' beniimmobili, jew ta' drittijiet annessi jew relattivi ghal immobili, in-Nutar ghandu bhala l-ewwel obligu tieghu dak li jivverifika jekk dwar il-beni jew drittijiet humiex suggetti ghat-taxxa tas-successjonijiet u donazzjonijiet minhabba li jkunu gew ghand il-kondividenti jew is-sid jew trasferent bis-sahha ta' trasferiment imponibbli skond l-istess ligi dwar it-taxxa tas-successjonijiet u donazzjonijiet; fil-kaz li jirrizultalu li l-beni jew drittijiet li jkun ser jigu trasferiti huma hekk suggetti, in-nutar ghandu mbaghad l-obbligu li jivverifika jekk id-denunzja saretx, u, fil-kaz li kienet dovuta t-taxxa, jivverifika jekk din thallsetx jew ittiehedx l-obligu ghall-hlas taghha. Wara dan l-obligu, in-Nutar ghandu dak li jindika fl-att id-data tad-denunzja u dik tal-hlas taghha, jekk mill-verifika li jkun ghamel jirrizulta li dawk il-beni jew drittijiet kienu taxxabbli, jew, fil-kaz li ma kienux, isemmi fl-att din ic-cirkustanza u jghid ghaliex ma kienux taxxabbli. Dawn huma obligi precizi u kategorici tan-nutar, u l-adempiment taghhom ghandu jirrizulta biss mill-istess att; u jekkjonqos minnhom, huwa suggett ghall-penali kontemplata fl-istess ligi. Dawn l-obligi jsehhu anki meta l-oggett tat-trasferiment ikun dirett dominju pervenut ghand it-trasferiment b'titolu ta' donazzjoni. Ghax id-dirett dominju ma joriginax mill-kuntratt tal-enfitewsi, imma huwa r-residwu li jibqa'ghand mon ittrasferixxa l-utili dominju fil-waqt li zamm ghalieh id-dominju dirett; u ghalhekk, jekkil-proprjeta' giet ghandu b'donazzjoni, u huwa zamm ghalieh id-dominju dirett meta kkonceda l-fondin enfitewsi dirett, in-nutar ghandu l-obligu li fil-kuntratt jindika jekk sarux il-verifiki msemmija u jaghmel l-imsemmija dikjarazzjonijiet skond ir-rizultanzi ta' dawk il-verifiki.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info