Referenza: Volum 46B (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 214

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CLEMENTINA FARRUGIA ET. vs MADDALENA FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCETTAZZJONI TA' EREDITA' - ART. 33 TAL-KAP. 70 - ART. 891(3) U 893 TAL-KAP. 23 - ATTI TA' EREDI - BEJGH U DONAZZJONI TA' OGGETTI TAL-WIRT - DENUNZJA TAS-SUCCESSJONI - PROVA - SPEJJEZ FUNERARJI - SUFFRAGI TAL-MEJJET - ZBANK TA' FLUS TAL-MEJJET
Fil-Qosor
Biex tirrikorri l-accettazzjoni tacita ta' eredita' jehtieg li jkun hemm successibbli, li dan is-successibbli jkollu l-intenzjoni li jaccetta l-eredita', li hu jaghmel xi att li jista' jaghmlu biss bhala eredi, u li minn dan l-att tkun tidher necessarjament il-volonta' tieghu li jaccetta l-eredita'.Liema att irid tkun tali li certament, necessarjament u univokament, minnu ma tkunx tista' tigi nferita konsegwenza ohra hlief dik li min ghamlu ried jaccetta l-eredita'. U l-prova li l-att ikun jirrivesti dawn il-karattri tinkombi lil min jallega li dak l-att jirrivesti dawn il-karattri. Il-fatt li s-successibbli jinterpella lis-successibbli l-ohrajn biex jiddikjaraw jekk humiex bil-hsieb lijaccettaw il-wirt, wahdu, ma hux prova tal-accettazzjoni tal-eredita' da parti ta' mittenti ta' dikl-ittra ufficjali. Lanqas il-fatt li s-successibbli jaghmel id-denunzja tas-successjoni tal-mejjet,u fiha jikkwalifika ruhu bhala eredi skond il-ligi, wahdu, ma jammonta ghal accettazzjoni tal-eredita'. Lanqas zbank ta' flus depozitati mhollijin mil-mejjet, biex jithallsu l-ispejjez tal-funeral tieghu u biex isirulu suffragi ghal ruhu, jew, fil-kaz li xi flus hekk depozitati jappartjenu lil terzi persuni, biex dawn ikunu jistghu jiehdu flushom, ma jfisser necessarjament accettazzjoni tal-eredita' tal-mejjet li halla dawk il-flus hekk depozitati. Lanqas il-fatt illi s-successibbli jippruvawjirrangaw xi pendenzi ma kredituri tal-mejjet ma jfisser din l-accettazzjoni, jekk huma ma jkunux hallsu bhala eredi xi flus biex issoddisfaw lil dawk il-kredituri. Lanqas il-bejgh jew donazzjoni ta' xi oggetti li halla l-mejjet ma jinducu ta' bilfors accettazzjoni tal-eredita' tieghu, jekk ic-cirkustanzi li fihom ikunu saru dak il-bejgh u dik id-donazzjoni ma jkunux hekk univoci li jinducu dikl-accettazzjoni; b'dan, pero', illi t-tenwita' tal-valur tal-oggett li jigi mibjugh jew donat mhix rilevanti biex teskludi l-volonta' tal-accettazzjoni. L-indulgenza tal-Qrati dwar rigali ta' valur zghir lil xi parenti bhala memorja tal-mejjet jew lis-sacerdot li jkun assista l-mejjet fl-ahhar granet ta' hajta ma hix tassattiva, b'mod illi dik l-indulgenza ghandha tigi eskluza jekk ma jikkonkorrux ic-cirkustanzi tal-parentela u l-intimita' tad-donatarju mal-mejjet. Fl-ahharnett, ir-responsabbilta' tal-atti li jinducu accettazzjoni tal-eredita' hija ndividwali, b'mod li dak li jaghmel wiehedmis-successibbli ma jippregudikax lis-successibbli l-ohrajn.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni