Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 734

Judgement Details


Date
21/11/1958
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
WALTER BONELLO NE vs CARMELO CARUANA NE..
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KAPTAN - KLAWSOLA "WEIGHT, MEASURE, MARKS, QUALITY, CONTENTS, AND VALUE UNKNOWN" - KONSENJA TA' MERKANZIJA - POLZA TAL-KARIKU - PROVA
Summary
L-effett tal-klawsola "weight, measure, marks, quality, contents and value unknown" fuq il-polza tal-kariku, ghal dak li huma markji li jkun hemm fuq il-merkanzija, hu illi, bhala regola, il-possessurtal-polza tal-kariku ghandu dritt li jirrifjuta l-konsenja li tigi lilu offerta mill-kaptan ta' merkanzija li ma tikkorrispondix fil-markji ghal dik indikata fil-polza; u l-patt li jezonera lill-kaptan milli jirrispondi ghall-markji ma jawtorizzahx li ma jikkonsenjax lid-destinatarju l-merkanzija li tmiss lilu, u ma jehelsux mill-ghemil kolpuz tieghu. Izda, meta hemm dik il-klawsola, il-piz tal-prova illi l-kaptan kien in kolpa fil-konsenja jaqa' fuq id-destinatarju. Normalment, il-fatt stessli tigi offerta in konsenja merkanzija li ghandha fuqha markji diversi minn dawk ndikati fil-polzatal-kariku hu prova sufficjenti tal-htija tal-kaptan; izda, meta hemm fil-polza l-klawsola msemmija,din il-klawsola tiddistruggi l-prezunzjoni tal-kolpa, u titfa' l-piz tal-prova fuq ir-ricevitur. Ghaldaqstant, jekk id-destinatarju tal-merkanzija, li ghandu l-polza tal-kariku b'dik il-klawsola, jitlob specifikatament il-kundanna tal-kaptan jew l-agent tal-vapur ghall-konsenja tal-merkanzija li ma gietx lilu konsenjata, u in difett il-hlas tal-valur tal-istess merkanzija, u l-provi ma jaslux biex juru li fil-fatt dik il-merkanzija kienet giet karikata, anzi juru l-kuntrarju, dik it-talba ma tistax issehh. Anki jekk id-destinatarju kellu xi dritt, "ex hypotesi", li jirrifjuta l-merkanzija li kellha fuqha markju ta' hadd iehor, u talvolta kellu xi azzjoni ghad-danni, hu ma setghax jitlob il-kundanna tal-konvenut biex jikkonsenjalu merkanzija bil-markju tieghu, li skond il-provi ma tezistix.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info