Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 621

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/12/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GIO MARIA ZAMMIT ET. vs AVV. DR. JOSEPH VELLA NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GRATUWITA' - PARENTELA - SERVIGI
Fil-Qosor
Il-principju tal-gratuwita' tas-servigi hu applikabbli biss fil-kazi fejn ir-rapporti bejn min jippresta s-servigi u min jircevihom jkunu intimi ta' demm, hbiberija u affezzjoni kbira, u kemm il-darbadawk is-servigi, ghalkemm ikkagunaw inkomodu kbri lil min ipprestahom, ma kkagunawlux pero' perditamaterjali. U b'dan kollu, kull kaz ghandu l-fatti-speci tieghu partikulari. Fil-gurisprudenza anterjuri, il-prezunzjoni tan-"non gratuwita' giet sostiwita bil-prezunzjoni kuntrarja fil-kaz ta' servigi prestati bejn parenti, fejn is-servigi gew ritenuti prestati "familiaritatis causa"; imma fil-gurisprudenza aktar recenti, anki ghar-rigward tal-parenti, gie applikat il-principju li kwalunkwe servigi jigu ritenuti prestati bi speranza ta' kumpens jekk ma jikkonkorrux cirkustanzi tali li jiggustifikaw konkludentement il-gratuwita', sija pure minhabba relazzjonijiet ta' parentela. Fil-kaz prezenti, il-Qorti tal-Ewwel Istanza applikat dawn il-principji, u fuqhom akkordat lill-atturi kumpens talli kienu pprestaw servigi lill-mejta zija, barra milli tathom id-dritt ghar-rimborz tal-ispejjez li kienu erogaw fl-interess tal-mejta; u l-Qorti tal-Appell awmentat ir-rata gornaljera ta' kumpens ghas-servigi li kienet akkordat l-Ewwel Qorti, u anki akkordat kumpens moderat lill-istess atturi talli dawn kienu jmorru jivvizitawha regolarment fiz-zmien li kienet l-isptar, u kienu jehdulha xi affarijiet ta' ikel u xorb li kienet tiehu pjacir bihom, u anki titlobhom; u dan b'riforma tas-sentenzatal-Ewwel Qorti li kienet cahdet lill-atturi dan il-kumpens moderat barrani.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni