Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 811

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/11/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO CILIA vs FILIPPA FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"PRIME NOTE" - APPELL - KAPITOLU - KONTUMACJA
Fil-Qosor
Hu principju li l-kontumacja ma tistax tigi ritenuta gustifikata meta hi kolpuza. Il-fatt li fl-ewwel dehra l-kawza kienet giet kontestata mid-difensur tal-konvenut bl-appozizzjoni tal-firma tieghu fil-ktieb tal-"Prime Note" kif isir fil-Qrati Inferjuri (uzu rikonoxxut mill-gurisprudenza) ma jservix biex jiggustifika l-kontumacja meta terga tidher il-kawza quddiem il-Qorti; ghax il-ligi hi kategorika, u tipprexxindi minn kull kontestazzjoni precedenti. Il-fatt li l-konvenut ma deherx meta gielilu deferit il-kapitolu ghax-id-difensur tieghu kien bghatlu ittra dwar il-gurnata ghal meta giet differita l-kawza, u l-konventu, billi ma jafx jaqra, ma hax il-passi okkorenti biex dik l-ittra tigililu mfissra sewwa u taha biex jaqrahielu lil min ma jafx lanqas hu jifhem sewwa ittra simili, jikkostitwixxi traskuragni li ma tammettix lill-kontumaci ghar-restituzzjoni "in integrum" kontra l-prezunzjoni ta' konfessjoni tal-materja kapitolata f'appell li hu jaghmel kontra s-sentenza moghtija mill-Ewwel Qorti fil-kontumacja tieghu. Lanqas il-fatt li l-kapitolu li gie lilu deferit fl-assenza tieghu ma kienx preciz fid-dizzjoni tieghu ma jiswielu; ghax ir-responsabbilta' tieghu ghal dak li humitlub kontra tieghu fic-citazzjoni hija nvoluta fil-konfessjoni prezunta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni